Arkivji mensili: Jannar 2014

47 Ronin

  • 47 Ronin

  • ***

    Direttur:        Carl Rinsch
    Atturi:            Keanu Reeves, Hiroyuki Sanada, Ko Shibasaki
    Ħin:                119 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Il-vili Lord Kira joqtol lit-twajjeb Asano permezz ta’ seħer billi jġgħalu joqtol lilu nnifsu biex b’hekk isalva l-unur tal-familja tiegħu u tas-saltna tiegħu…

  • Kompli aqra »

Free Birds

  • Free Birds
  • ***

    Direttur:        Jimmy Hayward
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Owen Wilson, Woody Harrelson, Amy Poehler
    Ħin:                91 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  U
    Klassifika tal-Knisja:       U
     
    Dundjan jismu’ Reggie huwa mwarrab minn sħabu fir-razzet fejn jgħixu għax ma’ jimxix mal-kurrent, u sħabu ma’ jagħtux kas tat-twissijiet tiegħu dwar il-bidwi u l-mannara tiegħu, sakemm għal xi wħud minnhom ikun tard wisq…

  • Kompli aqra »

Insidious: Chapter 2

  • Insidious: Chapter 2
  • ***

    Direttur:               James Wan
    Atturi:                   Patrick Wilson, Rose Byrne, Lin Shaye, Ty Simpkins, Barbara Harshey, Steve Coulter, Leigh Whannell u Angus Sampson
    Ħin tal-film:        105 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:           15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                 15
     
    Fl-1986, Carl, midjum jagħmel żjara lil ħabiba tiegħu Elise biex tipprova tiskopri x’qiegħed jiġri lil Josh, it-tifel ta’ Lorraine Lambert…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Jannar
  • Mark 6, 45-52

    Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat   in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu,  għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fi Tmiem is-Sena 2013

  • Messaġġ tal-Arċisqof fi Tmiem is-Sena 2013

  • Konkatidral ta’ S. Ġwann
    31 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, fl-ewwel tas-sena niċċelebraw l-ewwel festa liturġika, ta’ Marija Omm Alla. Din il-kelma hija tqila għalina imma ma nistgħux ma naċċetawhiex għax ladarba il-Madonna kienet omm Ġesù Kristu li kien l-iben t’Alla magħmul bniedem, biex tkun l-omm ta’ Ġesù sħiħ, kellha tkun ukoll Omm Alla…

  • Kompli aqra »

Patri Raymond Francalanza OSA, Provinċjal Elett tal-Agostinjani

  • Patri Raymond Francalanza OSA, Provinċjal Elett tal-Agostinjani
  • L-Agostinjani rġiel ta’ Malta bħalissa qegħdin iħejju għall-Kapitlu Provinċjali li se jagħmlu fi Frar tal-2014. Il-Kapitlu huwa laqgħa ġenerali li l-Provinċja tagħmel kull erba’ snin biex tagħmel evalwazzjoni tal-ħajja tagħha bħalissa u tagħmel il-programm tagħha għall-erba’ snin li ġejjin. Il-Provinċja taħtar ukoll il-persuni li għandhom imexxuha f’dawn is-snin.

    ​Parti mit-tħejjija li ssir għall-Kapitlu hija l-elezzjoni tal-Pirjol Provinċjali l-ġdid…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Ottubru

  • Luqa 10, 38-42

    Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Jannar
  • Mark 6, 34-44

    Xħin Ġesù niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin. Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” Iżda hu weġibhom: ” Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” Mbagħad staqsiehom: ” Xi kemm għandkom ħobż? …

  • Kompli aqra »

6 – 12 ta’ Jannar

  • 6 – 12 ta’ Jannar

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
     
    It-Tlieta          
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-President tal-Ahamdujija Muslim Jaamaat, Laiq Ahmed Adif, għall-presentazzjoni tal-ktieb tiegħu “Il-Kriżi dinjija u t-Triq għall-Paċi”, il-Kurja…

  • Kompli aqra »