Arkivji mensili: Marzu 2014

L-Arċisqof iżur ir-residenti tal-Isptar Zammit Clapp

  • L-Arċisqof iżur ir-residenti tal-Isptar Zammit Clapp
  • Nhar il-Ħadd 23 ta’ Marżu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-Isptar Zammit Clapp u wara żar ir-residenti bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Balluta.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Festa ta’ Maħfra

  • Festa ta’ Maħfra
  • Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu, festa ta’ Kristu Redentur, u l-Ħamis 10 ta’ April, lejlet il-festa tad-Duluri, il-Knisja f’Malta u f’Għawdex qed torganizza Festa ta’ Maħfra.

    Nhar il-Ħadd li għadda, il-Papa Franġisku, li fil-messaġġi tiegħu spiss jitkellem dwar il-ħniena t’Alla, stieden lill-Insara jipparteċipaw f’inizjattiva simili li ser issir nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, fil-Bażilika ta’ San Pietru u f’diversi knejjes f’Ruma…

  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta

  • Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta
  • Nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Balluta, fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa. 

    Il-programm taż-żjara pastorali li qed issir f’din il-parroċċa jinsab hawnhekk.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

24 – 30 ta’ Marzu

  • 24 – 30 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru Kateketiku, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Balluta.
    6.15 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tal-istess parroċċa.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-istess parroċċa…

  • Kompli aqra »

17 – 23 ta’ Marzu

  • 17 – 23 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fil-Kurja
    12.30 p.m.       L-Arċisqof jinawgura l-ufficini rinnovati tal-Media Centre, Blata l-Bajda.
     
    It-Tlieta          
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Past Pupils Association tal-Liceo Ħamrun, il-Kurja
    2.00 p.m.         L-Arċisqof ibierek il-fergħa il-ġdida tal-APS Bank, Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

10 – 16 ta’ Marzu

  • 10 – 16 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Imqabba.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni tal-istess parroċċa.
    7.00 p.m…

  • Kompli aqra »

10 – 16 ta’ Marzu

  • 10 – 16 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Imqabba.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni tal-istess parroċċa.
    7.00 p.m…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Ewwel Anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Ewwel Anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta
    16 ta’ Marzu 2014

    Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, Ġesù mar lura lejn pajjiżu, lejn Nażaret u hemmhekk beda jipprietka. Ipprietka fuq is-saltna t’Alla imma kien hemm xi wħud tfixklu minħabba fih. Kif jista’ bin mastrudaxxa li ma tgħallem imkien jgħid dan il-kliem mimli qawwa? …

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet isellmu u jirringrazzjaw lill-President George Abela

  • L-Isqfijiet isellmu u jirringrazzjaw lill-President George Abela

  • It-Tnejn 24 ta’ Marzu 2014, il-Konferenza Episkopali Maltija għamlet żjara ta’ korteżija lill-President George Abela, fi tmiem it-terminu tiegħu. Għal din il-laqgħa li saret fil-Palazz ta’ San Anton, kienu prezenti l-Isqof Mario Grech (President tal-Konferenza Episkopali), l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P., in-Nunzju Appostoliku, Mons Aldo Calvalli,  l-Isqof Awżiljarju Charles J…

  • Kompli aqra »