Arkivji mensili: Mejju 2014

Il-Predikatur tal-Papa f’Malta

  • Il-Predikatur tal-Papa f’Malta
  • Patri Raniero Cantalamessa OFMCap, patri Kapuċċin u predikatur tal-Papa, ser ikun Malta bejn it-23 u l-31 ta’ Mejju 2014. Huwa ġej Malta fuq stedina ta’ Fr Hayden Williams OFMCap. Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, huwa ser jindirizza numru ta’ seminars f’Malta u Għawdex li għalihom huma mistiedna saċerdoti, reliġjużi, u operaturi pastorali. Wieħed jista’ jsegwi l- attivijiet immexxija minn Patri Cantalamessa permezz tal-paġna tal-facebook: www.facebook.com/cantalamessamalta2014

    Il-Ħadd 25 ta’ Mejju ser imexxi laqgħa ta ġurnata bit-tema ‘Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il- Mulej li jagħti l-ħajja’…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Jum Dinji iddedikat lill-Infermiera

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Jum Dinji iddedikat lill-Infermiera
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ Mejju 2014

    Ħuti l-ewwel nirringrazzjakom talli stedintuni biex nagħmel din  il-quddiesa, li għalija hija   okkażjoni biex nirringrazzjakom u nuri l-apprezzament tiegħi u tal-poplu Malti għal dak li intom tagħmlu. U f’dan il-jum internazzjonali tan-nursing aħna rridu bilfors niftakru fi Florence Nightingale li kienet hi li waqqfet dan il-jum internazzjonali…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Mejju
  • Ġwann 14,21-26

    Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.” Ġuda – l-ieħor, mhux   l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Mejju
  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid
    Ġwann 14,1-12

    “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer…

  • Kompli aqra »

Sfidi Pastorali għall-Familja fil-Kuntest tal-Evanġelizazzjoni

  • Sfidi Pastorali għall-Familja fil-Kuntest tal-Evanġelizazzjoni
  • III Extraordinary General Assembly of the Synod of Bishops 2014
    The Situation in Malta and Gozo
    Executive Summary

    Introduction
    Late last year, the Vatican had sent all Episcopal Conferences a questionnaire in preparation for the October 2014 Extraordinary Synod which will study the pastoral challenges facing the family today.

    In line with the expressed desire of Pope Francis, that this questionnaire should reach as many people as possible, a copy of this questionnaire was distributed by Maltapost plc to every household in Malta and Gozo…

  • Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Mejju

  • 19 – 25 ta’ Mejju
  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    5.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-ċentru kateketiku tal-Azzjoni Kattolika, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Media tal-istess parroċċa.

    It-Tlieta
    5.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqfijiet bi tħejjija għall-Elezzjonijiet Ewropej

  • Messaġġ tal-Isqfijiet bi tħejjija għall-Elezzjonijiet Ewropej
  • Imnebbħin mill-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu li jitfa’ dawl fuq id-dinjità tal-bniedem, aħna l-Isqfijiet nixtiequ nwasslulkom dan il-messaġġ bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ser isiru fl-24 ta’ dan ix-xahar. Aħna nemmnu li l-progress veru tal-bniedem u tas-soċjetà jkun assigurat jekk ikunu mħarsa dawk il-prinċipji fundamentali li ma nistgħux nilagħbu magħhom. Nindikaw xi wħud minn dawn il-prinċipji ewlenin: 1…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Mejju
  • Ġwann,14, 7-14

    Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-bniet u jiltaqa mal-Kummissjoni Familja ta’ Ħaż-Żebbuġ

  • L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-bniet u jiltaqa mal-Kummissjoni Familja ta’ Ħaż-Żebbuġ
  • Nhar il-Ħamis 15 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala parti miż-Żjara Pastorali. Iktar tard iltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja tal-istess parroċċa.

    MUSEUM Bniet

  • Kummissjoni Familja

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-ftuh tal-Konferenza Internazzjonali minn ‘Aid to the Church in Need’

  • Quddiesa fil-ftuh tal-Konferenza Internazzjonali minn ‘Aid to the Church in Need’
  • Nhar it-Tnejn 12 ta’ Mejju 2014, l-Eminenza Tiegħu, il-Kardinal Maura Piacenza ċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-ftuħ tal-Konferenza Internazzjonali organizzata minn ‘Aid to the Church in Need’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna kkonċelebraw waqt din il-Quddiesa. Il-konferenza, li qed tiddiskuti l-persekuzzjoni tal-Insara u l-libertà reliġjuża f’diversi pajjizi madwar id-dinja, bdiet nhar it-Tnejn 11 ta’ Mejju u tintemm is-Sibt 17 ta’ Mejju 2014…

  • Kompli aqra »