• Il-Predikatur tal-Papa f’Malta

  • Patri Raniero Cantalamessa OFMCap, patri Kapuċċin u predikatur tal-Papa, ser ikun Malta bejn it-23 u l-31 ta’ Mejju 2014. Huwa ġej Malta fuq stedina ta’ Fr Hayden Williams OFMCap. Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, huwa ser jindirizza numru ta’ seminars f’Malta u Għawdex li għalihom huma mistiedna saċerdoti, reliġjużi, u operaturi pastorali. Wieħed jista’ jsegwi l- attivijiet immexxija minn Patri Cantalamessa permezz tal-paġna tal-facebook: www.facebook.com/cantalamessamalta2014

    Il-Ħadd 25 ta’ Mejju ser imexxi laqgħa ta ġurnata bit-tema ‘Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il- Mulej li jagħti l-ħajja’. Il-laqgħa se ssir fl-auditorium ta’ Sant’ Agatha r-Rabat, bejn id-9am u l- 5pm, u tinkludi taħdita, quddiesa u talb. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

    ​Patri Raniero Cantalamessa OFMCap ilu predikatur tal-Papa sa mill-1980. Huwa kien il- predikatur tal-Papa Ġwanni Pawlu II, illum Qaddis, tal-Papa Benedittu XVI u tal-Papa Franġisku.