Arkivji mensili: Awwissu 2014

Omelija tal-Arċisqof waqt Quddiesa ċċelebrata għall-grupp ‘Voices’

  • Kappella tal-Universita, L-Imsida,
    5 ta’ Awwissu 2014

    Naħseb li meta għażiltu l-lezzjoni tal-lum minn Ġeremija qagħdtu attenti li jisemmew il-kelmiet: ‘għanja ta’ radd il-ħajr u għanja ta’ ferħ’ (Ġer 30, 19). Il-motto tagħkom huwa heart and soul, imma heart and soul li tiddeskrivi ruħha f’radd ta’ ħajr u ferħ.

    Jiena llum għamilt din il-mistoqsija: imma n-nisrani għaliex għandu jgħanni għanja ta’ ferħ u għanja ta’ radd il-ħajr? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-miġja tar-Relikwija bid-demm ta’ San Lawrenz

  • Il-Birgu
    24 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, il-Knisja tagħna għandha rispett kbir lejn il-qaddisin u dan ir-rispett mhuwiex fl-ajru imma jibni relazzjoni bejn il-qaddisin u aħna. Din  ir-relazzjoni hija importanti għaliex lilna tagħtina ċ-ċans li nitolbuhom biex jidħlu għalina – min jaf kemm il-darba tlabna lil San Lawrenz u l-qaddisin l-oħra biex jidħlu għalina –  u wkoll biex aħna nħarsu lejn il-ħajja tagħhom u fit-triq tagħna lejn Ġesu inħalluhom jgħallmuna kif għandna nersqu lejh…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-abbatini Ġermaniżi

  • Pope Francis on Tuesday evening met with more than 50,000 altar servers from Germany.

    The young people are on their annual pilgrimage to Rome, which this year has a motto from Matthew 12:12:  “Freedom! Because it is lawful to do good.”

    The Holy Father arrived in Saint Peter’s Square at 6 pm Rome time, greeted by lively modern music…

  • Kompli aqra »

4 – 10 ta’ Awwissu

  •  It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta
    4.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-parteċipanti tal-kunċert ‘Voices’, fil-Kappella tal-Università.

    L-Erbgħa
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillani fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwann Vianney, il-qaddis patrun tas-saċerdoti magħruf bħala il-Kurat t’Ars, u jiekol magħhom, fil-Kunvent tal-Karmelitani, l-Imdina…

  • Kompli aqra »

28 ta’ Lulju – 3 ta’ Awwissu

  • It-Tnejn
     
    It-Tlieta                                                                                  
     
    L-Erbgħa
     
    Il-Ħamis
     
    Il-Ġimgħa
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapresentattiv Djoċesan u tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja. 
    8.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ tal-Esebizzjoni kommemorattiva tal-Ewwel Gwerra Dinija, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt
     
    Il-Ħadd
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. 

  • Kompli aqra »

Hercules

  • *****

    Direttur:          Brett  Ratner
    Atturi:             Dwayne Johnson, Ian McShane, Rufus Sewill, Joeph Fiennes, Peter Mullan,  John Hurt, Aksel Henne, Reece Ritchie u Rebecca Fergusan
    Ħin tal-Film:    98 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          12

    Il-ħajja għal Hercules, it-tifel tar-re alla Zeus, xejn ma kienet faċli; ħlief tbatija u nkwiet ma kienx ra…

  • Kompli aqra »

The Purge : Anarchy

  • ***

    Direttur:          James DeMonaco
    Atturi:             Frank Grillo, Carmen Ejogo, Zach Gilford, Kiele Sanchez u Michael K. Williams
    Ħin tal-Film:    103 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Ninsabu fis-sena 2023, sewwasew fil-21 ta’ Marzu, meta fl-Los Angeles ġewwa l-Amerika, darba fis-sena kien jinżamm lejl ta’ tnax  –il siegħa li fih kien isir Tindifa li kien ifisser li matul dawn is-siegħat kienu jiġu sospisi l-liġijiet kollha u min kellu xi rabja kontra xi ħadd u jħoss li għandu ppattija, dan kellu ċ-ċans li jagħmilha f’dak il-lejl…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 6 ta’ Awwissu

  • It-Transfigurazzjoni tal-Mulej
     
    Mattew 17, 1-9

    Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ‘l Ġakbu u ‘l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija.” Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni   l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.” Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Awwissu

  • Mattew 15, 1-2. 10-14  

    Mbagħad xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu.” Mbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni! Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem.” Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?” Iżda hu weġibhom: “Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala  mill-għeruq…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jitkellem fuq il-kompassjoni, il-ġenerożità u l-gratitudni

    • Pope Francis prayed the Angelus with the faithful gathered beneath a dreary, drizzly early August sky in St. Peter’s Square this Sunday, the eighteenth Sunday in Ordinary Time, on which the account of the multiplication of the loaves and fishes from the Gospel according to St. Matthew (14:13-21) is proclaimed. It was on the Lord Jesus’ miraculous feeding of the five thousand that the Holy Father focused his remarks ahead of the traditional prayer of Marian devotion at midday…

  • Kompli aqra »