Arkivji mensili: Ottubru 2014

L-Isqof Charles J. Scicluna jżur l-Iskola Sacred Heart

  • Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, l-Eċċellenza tiegħu Mons. Charles Scicluna iċċelebra quddiesa speċjali fis-Sacred Heart College f’San Ġiljan. Għadd sabiħ ta’ saċerdoti li għandhom xi sehem fl-iskola kkonċelebraw mal-Isqof. Din l-iskola, li kienet ilha mmexxija mis-Soċjetá tal-Qalb ta’ Ġesú sa mill-1903, għaddiet f’idejn l-Arċidojoċesi ta’ Malta fit-23 ta’ Lulju ta’ din is-sena. Iċ-ċelebrazzjoni saret bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-istudenti kollha, għalliema, ħaddiema u kollaboraturi oħra, membri tal-Bord tad-Diretturi, il-PTA tal-iskola u numru sabiħ ta’ sorijiet tas-Sacred Heart…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Omelija: Il-Ħajja tan-Nisrani hija battalja kontinwa kontra x-xitan

  • Pope Francis described Christian life as a continuous battle being waged against Satan, the world and the passions of the flesh. His comments came during his homily at Mass celebrated on Thursday morning at the Santa Marta residence. He stressed that the devil exists and we must fight against him with the armour of truth.

    Pope Francis’s reflections during his homily were taken from the words of St Paul in his letter to the Ephesians where the apostle urged Christians to put on the full armour of God in order to resist Satan’s temptations.  A Christian life, he said, has to be defended and it requires both strength and courage…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Ottubru

  • Luqa 14,1-6

    Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù qabad jistaqsi lill-għorrief tal-Liġi u lill-Fariżej; qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?” Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejjqu u bagħtu. Mbagħad qalilhom: “Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” U ma kellhomx il-ħila jwiġbuh għal dan…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Knisja viżibbli u spiritwali

  • “Often, we hear people say: the Church doesn’t do this …the Church doesn’t do that!’ ‘Tell me who is the Church? – ‘Well the Church is the priests, the bishops, the Pope …’ We are all the Church! All of us all of us Baptized! We are the Church, the Church of Jesus’”.

    This was the message at the heart of Pope Francis’ general audience Wednesday, which he dedicated to the relationship between the visible and spiritual reality of the Church…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Ottubru

  • Luqa 13, 31-35

    Dak il-ħin stess resqu fuqu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.” U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Arzella Childcare Centre: Issa miftuħ

    • Childcare Centre ġdid bl-isem Arzella issa huwa miftuħ. Arzella jiftaħ mis-7am sal-5pm. B’ħinijiet flessibli u konformi mal-Istandards Nazzjonali, Arzella huwa reġistrat mal-DSWS u msieħbin ukoll mal-iskema b’Childcare b’xejn.  

      Il-Care workers fi ħdan l-Arzella huma kwalifikati biżżejjed sabiex jieħdu ħsieb tfal ġodda. Għal iktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw it-tim tal-Arzella fuq +356 21255194 jew ibgħatu email fuq [email protected]

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet immexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2014

  • Fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha u t-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra l-Quddies li ser isir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2014, Solennità tal-Qaddissin kollha, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fit-8.30 a.m., filwaqt li l-għada, l-Ħadd 2 ta’ Novembru, l-Għid tal-Imwiet, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa li tibda fid-9.15 a.m.

    Fid-9 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira, Mons…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Ottubru

  • Luqa 13,22-30

    Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra…

  • Kompli aqra »