L-Armier: Nipproteġu d-drittijiet ta’ min josserva l-liġi
03/09/2014-
Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija mħassba serjament bl-aħbar li l-Enemalta se tinstalla smart meters fil-kmamar illegali fl-Armier. Fl-1 t’Awwissu 2008, il-KA flimkien mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, fi stqarrija għall-istampa, kienu tennew ċar u tond: “M’għandniex nagħmlu tagħna art li mhix tagħna, u lanqas ma nistgħu nokkupaw kmamar b’mod illegali.” L-istqarrija kienet ħarġet bħala parti minn kampanja biex tinħoloq kuxjenza pubblika fuq aspetti kurrenti marbuta ma’ valuri soċjali u Nsara…