Yearly Archives: 2014

Il-Vanġelu tal-jum: 23 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1: 57-66

    Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt ‘Milied Flimkien 2014’

  • Il-Palazz tal-President, Il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2014

    Eċċellenza President ta’ Malta,
    Onorevoli Prim Ministru,
    Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni,

    Huwa privileġġ għalija li nindirizza lill-Pajjiż fil-bidu tal-istaġun sabiħ tal-Milied.

    L-ewwel ħsieb tiegħi huwa appell biex dan il-Milied ngħixuh flimkien bħala familja waħda. Il-familja ma jkollhiex biss mumenti sbieh, imma jkollha wkoll mumenti diffiċli…

  • Kompli aqra »

Sitt seminaristi jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat

  • Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, istitwixxa sitt seminaristi fil-ministeru tal-akkolitat, waqt ċelebrazzjoni li saret fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara. 

    Is-sitt akkoliti l-ġodda huma Sergio Fenech u Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, u Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara…

  • Kompli aqra »

Festin għat-tfal organizzat minn ‘RTK 4 Charity’

  • Nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2014, sar festin tal-Milied għat-tfal residenti fid-Djar tal-Knisja, fl-awditorjum tas-Seminarju, f’tal-Virtu’. L-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. żaru dan il-festin u ltaqgħu mat-tfal preżenti. Din l-attività ġiet organizzata minn ‘RTK 4 Charity’ bħala parti mill-kampanja ‘Familji fil-Bżonn’. 

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

Il-Papa: fil-Milied Ġesù qed iħabbat fuq il-bieb ta’ qalbkom

  • Pope Francis on Sunday invited the faithful to listen carefully when God knocks at their door. “Too often – he said – Jesus passes by in our lives, he sends an angel and we are so caught up in our thoughts and concerns we do not even notice”. Speaking to the pilgrims gathered in St. Peter’s Square for the Angelus Prayer, the Pope reflected on the liturgy of the last Sunday of Advent that tells of the  Annunciation of the Archangel Gabriel to Mary and on how she simply, and humbly – with an attitude of total faith in the Lord – said “yes”…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 22 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:46-55

    ​Mbagħad qalet Marija:
    Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,  
    u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
    għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
    Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,
    għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
    qaddis hu l-isem tiegħu.
    Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu…

  • Kompli aqra »

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  • I Qari
    Mit-Tieni Ktieb ta’ Samwel 7:1-5.8b-12.14a.16

    Meta s-sultan David mar joqgħod f’daru, u l-Mulej serrħu mill-għedewwa kollha ta’ madwaru, is-sultan qal lil Natan il-profeta: “Issa, ara jiena qiegħed f’dar taċ-ċedru, u l-arka ta’ Alla qiegħda f’nofs ta’ tinda!” U qal Natan lis-sultan: “Kull ma għandek fi ħsiebek li tagħmel, mur agħmlu, għax il-Mulej miegħek.” Imma dak il-lejl stess ġiet il-kelma tal-Mulej lil Natan u qallu: “Mur għid lill-qaddej tiegħi David: ‘Dan jgħid  il-Mulej: Se tibnili int dar biex noqgħod fiha? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt ‘Milied Flimkien 2014’

  • Il-Palazz tal-President, Il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2014

    Eċċellenza President ta’ Malta,
    Onorevoli Prim Ministru,
    Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni,

    Huwa privileġġ għalija li nindirizza lill-Pajjiż fil-bidu tal-istaġun sabiħ tal-Milied.

    L-ewwel ħsieb tiegħi huwa appell biex dan il-Milied ngħixuh flimkien bħala familja waħda. Il-familja ma jkollhiex biss mumenti sbieh, imma jkollha wkoll mumenti diffiċli…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1: 26-28

    Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lit-tfal: Ġesù huwa l-aqwa ħabib tagħkom

  • Italian Catholic Action is one of the most active lay movements in Italy today and is made up of both adults and children and it was to the children of this group that the Pope extended his Christmas greetings on Thursday.

    This year these boys and girls have been focusing on a particular theme “Everything to be discovered” and Pope Francis, reflecting on this slogan had some useful tips for the children present…

  • Kompli aqra »