Yearly Archives: 2014

Il-Vanġelu tal-jum: 26 ta’ Diċembru

  • San Mattew 10:17-22
    Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom. L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt. U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi…

  • Kompli aqra »

Il-Qari għall-jum tal-Milied

  • Solennita’ tat-twelid tal-Mulej (Il-Milied), Quddiesa ta’ Binhar

    I Qari
    Mill-ktieb ta’ Iżaija 52:7-10

    Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-riżq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni, u jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek isaltan!” Ismagħha l-għajta!
    L-għassiesa tiegħek għollew leħenhom, lkoll flimkien jgħajjtu bil-ferħ, għax raw b’għajnejhom lill-Mulej
    rieġa’ lura f’Sijon. Intom, ħerbiet ta’ Ġerusalemm, għajjtu lkoll bil-ferħ, għax farraġ il-Mulej il-poplu tiegħu, feda lil Ġerusalemm. Kixef il-Mulej id-driegħ tiegħu qaddis, quddiem il-ġnus kollha, u raw it-truf kollha ta’ l-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied mill-Isqof Charles J. Scicluna

  • Nistedinkom fil-presepju ħaj li l-poplu ta’ Ħal Lija jorganizza ta’ kull sena. Xtaqt li minn hawn nirriflettu fuq il-grotta ta’ Betlehem, l-istalla li fiha twieled l-Iben t’Alla magħmul bniedem, Ġesù ta’ Nazaret. 

    L-istalla tfakkarna fil-fatt li l-familja ta’ Nazaret, malli waslet Betlehem, ma sabitx post fil-lukanda. Il-Vanġelu jgħidilna, “ġie f’daru u niesu ma laqgħuhx” (Ġw 1:11). Il-Mulej jitwieled f’għar. Tarbija li tibki imma ma timponix ruħha…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied lill-Emigranti Maltin mill-Isqof Charles J. Scicluna

Il-Vanġelu tal-jum: 24 ta’ Diċembru

  • Quddies Filgħodu
    San Luqa 1: 67-79

    U Żakkarija, missieru, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:

    “Mbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna…

  • Kompli aqra »

Exodus: Gods and Kings

  • ****

    Direttur: Ridley Scott
    Atturi: Christian Bale, Joel Edgerton, John Turturro, Aaron Paul, Ben Mendelsohn, Sigourney Weaver, Ben Kingsley u  Maria Valverde
    Ħin tal-Film: 150 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Fis-sena 1300 Qabel Kristu, Mose, membru fil-familja Rjali u General fl-armata, flimkien mal-Princep Ramesses, jattakkaw l-armata tal-Hitti. Il-Farajun Seti I jhabbarlilhom li skond profezija, wieħed minnhom kien sejjer isalva lill-ieħor u jsir mexxej kbir…

  • Kompli aqra »

Dumb and Dumber To

  • ** Direttur: Peter u Bobby Farrelly Atturi: Jim Carrey, Jeff Daniels, Rachel Melvin Ħin: 110 minuti Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Lloyd, wara għoxrin sena fi sptar mentali jippretendi li hu inkapaċitat, biex jidħaq b’sieħbu Harry, iqum hekk kif isir jaf li Harry ma jkunx baqgħalu ħajja twila jekk ma ssirlux trasplant tal-kliewi. Wara ftit iż-żewġt iħbieb isiru jafu li wara li Harry kellu x’jaqsam ma’ Fraida Felcher tnejn u għoxrin sena ilu din kienet ħarġet tqila u kellha tifla; din it-tifla kienet ingħatat għall-adozzjoni u issa jisimha Penny Pinchelow…
  • Kompli aqra »

Żjajjar fl-iskejjel tal-Knisja mill-President ta’ Malta u s-Sur Preca

  • Matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru, bħala parti mill-kampanja ġbir ta’ fondi għall-Istrina 2014, l-Eċċellenza tagħha, il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca u anke r-raġel tagħha s-Sur Edgar Preca, żaru numru kbir ta’ skejjel tal-Knisja f’Malta u f’ Għawdex bil-għan li jħeġġu lit-tfal jipparteċipaw aktar f’din il-kampanja ta’ fejda għal mijiet ta’ familji Maltin li jitolbu l-għajnuna. Fl-istess ħin, din iż-żjara serviet ukoll biex titqajjem kuxjenza akbar fost l-istudenti dwar il-ġid kbir li jsir permezz ta’ din l-inizjattiva…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Kurja li hija skaduta, riġida jew indifferenti lejn l-oħrajn hija bħal ġisem dgħajjef

  • On Monday 22nd December 2014, in the Clementine Hall the Holy Father held his annual meeting with the Roman Curia to exchange Christmas greetings with the members of its component dicasteries, councils, offices, tribunals and commissions. “It is good to think of the Roman Curia as a small model of the Church, that is, a body that seeks, seriously and on a daily basis, to be more alive, healthier, more harmonious and more united in itself and with Christ”…
  • Kompli aqra »