L-Arċisqof jagħti l-awguri għas-Sena l-Ġdida lill-awtoritajiet tal-Istat
31/12/2015- Il-Ħamis 31 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat għall-iskambju tal-awguri fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.
Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof irringrazzja lil Gvern għad-djalogu kontinwu li jeżisti bejn il-Knisja u l-Istat. L-Arċisqof irringrazzja wkoll lill-Gvern tas-sapport li jirċievi f’diversi oqsma li fihom hija nvoluta l-Knisja. L-Arċisqof wiegħed lill-Gvern it-talb u sapport tal-Knisja…