Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku – L-Arċisqof fil-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali
18/05/2015-
Nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.
Il-Messaġġ tal-Arċisqof
- Angela House, Pieta’ 18 ta’ Mejju 2015
Nirringrazzja ħafna lis-Sorijiet tal-Ursolini tax-xhieda tagħhom; inħoss li l-kelma tiegħi mingħajr ix-xhieda tagħhom tkun kelma vojta għaliex il-kelma trid tkun imwettqa’ bil-ħajja u b’xhieda…