Li tilqa’ tifel ċkejken huwa att ta’ tama kbira fl-umanità – L-Arċisqof
15/05/2015- Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-wasla tal-urna bil-fdalijiet ta’ San Ġwann Bosco, fil-knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Ħal Qormi. L-Omelija tal-Arċisqof
- Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal-Qormi 15 ta’ Mejju 2015
“Min jilqa’ wieħed minn dawn iż-żgħar, ikun jilqa’ lili” (Mt 18,8). Ma nafx x’kellu f’moħhu San Ġwann Bosco dakinhar li ta ħarsa lejn il-mamà tiegħu Margerita, u pproponilha li jilqgħu l-ewwel tifel fid-dar tal-kenn li hu beda f’Torino, mitejn sena ilu…