Arkivji mensili: Awwissu 2015

L-Evanġelju tal-jum: 11 t’Awwissu

  • San Mattew 18:1-5.10.12-14

    F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jħabbar Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien

  • Pope Francis has decided to set up a “World Day of Prayer for the Care of Creation” which will be celebrated on September 1st annually. He made the announcement in a letter to the heads of the Pontifical Council for Justice and Peace and the Pontifical Council for the Promotion of Christian Unity.

    Below in English is Pope Francis’ letter announcing the “World Day of Prayer for the Care of Creation” 

    To my Venerable Brothers

    Cardinal Peter Kodwo Appiah TURKSON, President of the Pontifical Council for Justice and Peace

    Cardinal Kurt KOCH, President of the Pontifical Council for the Promotion of Christian Unity

    Sharing with my beloved brother the Ecumenical Patriarch Bartholomew his concerns for the future of creation (cfr Encylical Letter…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 t’Awwissu

  • San Ġwann 12:24-26

    Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 t’Awwissu

    • San Ġwann 6:41-51

      Il-Lhud bdew igergru fuqu għax kien qal, ‘Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.’ U bdew jgħidu: “Dan m’huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ‘l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, ‘Jiena nżilt mis-sema’?” Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Verżjoni ġdida tal-app ‘Malta Mass’

  • Il-Knisja f’Malta, permezz tal-Uffiċċju Komunikazzjoni, nediet verżjoni ġdida u aġġornata tal-mobile phone application ‘Malta Mass’. Din l-app tagħmilha faċli għall-pubbliku biex isib il-ħinijiet tal-Quddies fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa u fil-Ħdud u l-festi, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-app tipprovdi l-faċilità li persuna tfittex Quddiesa fl-eqreb knisja jew f’lokalità u f’ħin skont il-preferenza tagħha, u informazzjoni dwar il-lingwa li biha ser tiġi ċċelebrata l-Quddiesa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 t’Awwissu

  • San Mattew 17:14-20

    Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh.”  Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? …

  • Kompli aqra »

Position Paper b’reazzjoni għall-proposti tad-dekriminaliżazzjoni tat-tkasbir tar-reliġjon u l-pornografija

Awwissu 2015

  • Position paper b’reazzjoni għall-proposti għall-emendi fil-liġijiet relatati mat-tkasbir tar-reliġjon u l-pornografija. AGĦFAS HAWN biex tniżżel id-dokument sħiħ bl-Ingliż.  Dan id-dokument ġie ppreżentat dalgħodu mill-Ariċsqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech, lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f’Kastilja. Id-dokument tħejja minn grupp ta’ esperti li twaqqaf ad hoc mill-Isqfijiet, bil-għan li jikkontribwixxi għad-diskussjoni. Executive Summary Religious belief plays an important role in society, particularly in pluralistic societies…
  • Kompli aqra »

Ittra mill-Papa lill-Kristjani martri fil-Lvant Nofsani – is-silenzju tal-innoċenti

    • “Many times have I wanted to give voice to the the unspeakable, inhuman and inexplicable persecution of those who in many parts of the world — especially among Christians — are victims of fanaticism an intolerance, often under the eyes and in the silence of everyone”. 

  • Pope Francis wrote these words in a letter sent on 31 July to Archbishop Maroun Elias Lahham, Auxiliary of Jerusalem for Latins and Patriarchal Vicar for Jordan…

  • Kompli aqra »

Stqarrija b’referenza għal rapporti fil-midja

  • B’referenza għal rapporti fil-midja, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli tixtieq tiċċara li deċizjonijiet dwar priġunieri li jingħataw il-parole jittieħdu mill-Bord tal-Parole. Id-deċizjoni meħuda mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi f’Ottubru 2011, li permezz tagħha Br Godwin Scerri tneħħa mill-istat klerikali, tibqa’ fis-seħħ.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 t’Awwissu

  • San Mattew 16:24-28

    Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel…

  • Kompli aqra »