“Ħudu ħsieb li bħala djakni tal-Knisja, tpoġġu l-balzmu li jġib is-serħan kull fejn taraw li hemm ferita” – L-Arċisqof lis-seba’ djakni ġodda
31/10/2015-
Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015, sitt seminaristi u fra tal-Ordni tal-Minuri Konventwali ġew ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi.
Id-djakni l-ġodda huma: Fra Allister Marija Aquilina OFM Conv., Rev. Sergio Fenech u Rev. Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Rev. Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, Rev…