Arkivji mensili: Diċembru 2015

L-Evanġelju għat-Tieni Ħadd tal-Avvent

  • San Luqa 3:1-6

    Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka ta’ l-artijiet ta’ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Isaija:
     
         ‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
         Ħejju t-triq tal-Mulej,
         iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu…

  • Kompli aqra »

Proposti għall-Knisja, ispirati mill-Enċiklika Laudato Si’ – Kummissjoni Ambjent

  • Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2015, saret it-tieni sessjoni tal-konferenza organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, fil-Kurja tal-Isqof, ir-Rabat Għawdex. F’din is-sessjoni ġew diskussi numru ta’ proposti li l-Kummissjoni Ambjent ressqet għar-riflessjoni u għall-azzjoni mill-Knisja. Il-kelliema inkludew lil Mons. Karm Refalo, President tal-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Għawdex, Dun Gordon Refalo, President tal-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Malta, Patri Mark Ciantar OFM mill-Youth Alive Foundation, u s-Sur Reuben Pace, Segretarju Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M. 

    Agħfas hawn biex tniżżel il-proposti tal-Kummissjoni Ambjent għall-Knisja (pdf)…

  • Kompli aqra »

Proposti għas-soċjetà ċivili u għall-Gvern, ispirati mill-Enċiklika Laudato Si’ – Kummissjoni Ambjent

  • Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015, bdiet konferenza ta’ jumejn organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent. Fil-konferenza bit-tema “Laudato Si’: mid-Dokument għall-Azzjoni”, rappreżentanti ewlenin tal-Istat u tal-Knisja iddiskutew għadd ta’ proposti ispirati mill-Enċiklika dwar l-ambjent tal-Papa Franġisku. Fl-ewwel sessjoni ġew diskussi numru ta’ proposti li l-Kummissjoni Ambjent ressqet għar-riflessjoni u għall-azzjoni min-naħa taċ-ċittadini Maltin u tal-Gvern. Il-konferenza ġiet indirizzata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, filwaqt li l-membri tal-panel kienu jinkludi l-Onor…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jippreżenta l-‘Premju Mikiel Azzopardi 2015’ lil Anġela Agius

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ippreżenta l-‘Premju Dun Mikiel Azzopardi 2015’ lil Anġela Agius, persuna nieqsa mis-smigħ. F’kelmtejn li għamel, Mons Arċisqof irringrazzja lil Anġela, li għalkemm nieqsa mis-smigħ, kienet preżenti u l-preżenza tagħha kienet preżenza sabiħa. Huwa żid jgħid li dawk kollha preżenti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kienu hemm biex jixhdu l-vanġelu tal-ħajja li jgħid li kull ħajja għandha valur…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

  • San Mattew 9:35-38.10:1.6-8

    Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.”Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta’ Iżrael. Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru

  • San Mattew 9:27-31

    Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina !” Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Qalulu: “Iva, Mulej.” Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: “Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan.” Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma’ dak il-pajjiż kollu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja, tat-Tribunal u tal-Caritas

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall-impjegati li jaħdmu fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku fid-Dar Qalb ta’ Ġesu, Santa Venera. L-impjegati nġabru għal mumenti ta’ talb, waqt li Patri Christopher Caruana O.P. wassal il-meditazzjonijiet għal waqt l-irtir. Fi tmiem l-irtir l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-kappella tad-Dar stess. 

  • L-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Scouts Guide to the Zombie Apocalypse

  • Direttur: Christopher B. Landon

    Atturi: Tye Sheridan, Logan Miller, Joey Morgan, Sarah Dumont, David Koechner, Halston Sage, Chris Leachman u Niki Koss

    Ħin tal-Film: 93 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Tliet żgħażagħ, Ben, Carter u Augie qegħdin jagħmlu kampamja biex idaħħlu magħhom skawts ġodda  fit-truppa tagħhom taħt il-mexxej Rogers…

  • Kompli aqra »

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina

  • Bidu tal-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku

    Nhar il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina, fil-bidu tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena fil-Knisja f’Malta. Dan wara li fit-8 ta’ Diċembru 2015, Festa tat-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija, il-Papa Franġisku se jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Vatikan.

    Iċ-ċelebrazzjoni tal-Knisja f’Malta tibda fil-5:30 p.m., fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat, fejn l-Arċisqof isellem lill-kongregazzjoni, jinqara l-Evanġelju tal-Ħniena (Lq 15:1-7) u tinqara wkoll silta mill-Bolla tal-Indizzjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena…

  • Kompli aqra »

Mississippi Grind

  • **

    Diretturi: Anna Boden u Ryan Fleck

    Atturi: Ryan Reynolds, Ben Mendelsohn, Sienna Miller, Analeigh Tipton, Alfre Woodard, Jayson Warner u Robin Weigert

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Gerry, minn Iowa, lagħab ivvizzjat, jinsab għaddej minn żmien ħażin ħafna tant li ħass il-bżonn li jidħol bi sħab ma’ Curtis,  plejer kariżmatiku fil-logħba tal-poker. Gerry barra li jħobb jilgħab, għandu wkoll il-vizzju tax-xorb, f’kelma waħda kien jinsab tassew f’qagħda kritika…

  • Kompli aqra »