Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 7 ta’ Marzu

  • San Luqa 15:1-3.11-32 TIl-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajjra. Meta ħela kull ma kellu, fuq dak il-pajjiż waqa’ ġuħ kbir, u beda jħoss ruħu fil-bżonn. U mar daħal ma’ wieħed minn dak il-pajjiż, li bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-ħnieżer. Kien jixtieq kieku jimla żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer, imma ħadd ma kien jagħtih. Mbagħad daħal fih innifsu u qal, ‘Kemm lavranti ma’ missieri għandhom ħobż bix-xaba’ , u jien qiegħed hawn immut bil-ġuħ! Ħa nqum u mmur għand missieri, u ngħidlu, ‘Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek; żommni b’wieħed mil-lavranti tiegħek.’ Qam, u telaq għal għand missieru…
  • Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija mill-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-President ta’ Malta

  • Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel żjara ta’ korteżija lill-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Iż-żjara saret fil-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard.

    Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

  • Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    6 ta’ Marzu 2015

    Eċċellenza,

    Grazzi tal-merħba li qed tagħtini…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

  • Palazz tal-President, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Onor. Speaker,

    L-ewwelnett nirringrazzjak ħafna ta’ din il-laqgħa kordjali, u nsellem permezz tiegħek ukoll lill-membri kollha tal-Parlament. Illum mhux qed niltaqgħu biss bhala kollegi fil-formazzjoni tal-Korp tal-pulizija iktar minn għoxrin sena ilu, iżda anke bħala Arċisqof ta’ din id-Djoċesi daqshekk għażiża – komunità ta’ fidi li fil-pajjiż għandha għeruq profondi u għandha wkoll patrimonju ta’ kultura, mhux biss ta’ arti u letteratura u tant affarijiet oħra li jispiraw l-arti imma wkoll il-qalb Maltija…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Prim Ministru Dr Joseph Muscat

  • Il-Berġa ta’ Kastilja, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Nirringrazzjak Onor. Prim Ministru ta’ din il-laqgħa kordjali tiegħek u tal-kliem tiegħek. Ir-risposta għal dak li għedt hija fuq tlett punti. L-ewwelnett, l-awtonomija bejn il-Knisja u l-Istat li nħoss hija valur importanti fl-epoka li qegħdin ngħixu fiha. Awtonomija li tfisser ukoll rispett reċiproku, kif għedt int, fid-distinzjoni tar-rwoli…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

  • Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    6 ta’ Marzu 2015

    Eċċellenza,

    Grazzi tal-merħba li qed tagħtini. Jiena nwegħdek il-kooperazzjoni sħiħa tiegħi u tal-Knisja Kattolika f’din il-missjoni li għandek bħala Kap tal-Istat, jiġifieri li tkun ukoll sinjal tal-għaqda tar-Repubblika, tas-sikurezza, tal-għajnuna soċjali. Nirringrazzjak ukoll, mhux biss f’isem il-Knisja, imma f’isem tant NGOs Kattoliċi, tas-sapport kontinwu tiegħek, tal-ispirazzjoni tiegħek, tal-qalb ġeneruża tiegħek li hija wkoll ta’ xhieda sabiħa għalina bħala Nsara…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: il-ħwejjeġ tad-dinja jagħmuna mill-bżonnijiet tal-fqar

  • Worldliness darkens the soul, making it unable to see the poor who live next to us with all their wounds: this was the message, in brief, that Pope Francis had for the faithful gathered for Mass in the chapel of the Santa Marta residence in the Vatican on Thursday morning.

    Commenting on the parable of the rich man, a man dressed “in purple and fine linen,” who “every day gave lavish banquets,” the Pope said that we never hear ill spoken of this man, we are not told that he was a bad man…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 6 ta’ Marzu

    • San Mattew 21:33-43.45-46

      “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawwtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh. Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess. Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jiċċelebraw Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu

  • Il-Ħamis 5 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech, iċċelebraw Quddiesa fis-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof-elett poġġa bukkett fjuri f’riġlejn ix-xbieha tal-Madonna ta’ Pinu. L-Arċisqof-elett kien il-mistieden ta’ Mons. Grech għal ikla li saret fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb, ir-Rabat Għawdex. 

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, l-Kurja

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Arċisqof-elett fil-pussess tal-Arċipriet tan-Naxxar Fr David Gauci

  • Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    1 ta’ Marzu 2015

    Għażiż Father David,

    Dan il-Vanġelu li smajna llum (Mk 9, 2-10) min jaf kemm-il darba smajtu fil-festa tas-Salvatur, u min jaf kemm-il darba fraħt b’dan il-kliem għażiż. Illum is-Salvatur bagħtek tieħu ħsieb lill-Ommu u qed jafdalek teżor kbir tiegħu: il-misteru tat-twelid tal-mama tiegħu, il-bidu tal-ferħ tagħna, u l-ferħ tagħna hu Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Santa Marta: Tiġġudikawx

  • It is easy to judge others, but we can only progress on our Christian journey in life if we are capable of judging ourselves first, said Pope Francis at Monday morning Mass in Casa Santa Marta.

    The readings of the day focused on the subject of mercy. The Pope, recalling that “we are all sinners” – not “in theory” but in reality – said that the ability to judge oneself is “a Christian virtue, indeed more than a virtue”, it is the first step for those who want to be Christian: “We are all masters, professors of self-justification: ‘No it wasn’t me, it’s not my fault, maybe yes, but not so much…that’s not the way it is…’…

  • Kompli aqra »