Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:57-62

     Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil  tad-dar.” Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

    Qaddis tal-jum: San Ġilormu, Presbiteru u Duttur tal-Knisja

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti waqt ‘Freshers Week’

  • Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-kampus tal-Università, Tal-Qroqq, fuq stedina tal-Kunsill Studenti Universitarji. Matul din iż-żjara, l-Arċisqof kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-istudenti u jżur l-istands li hemm fuq il-kampus fl-okkażjoni ta’ Freshers’ Week. 

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir

  • Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir, fl-uffiċċji tagħhom, il-Ħamrun.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Uffiċċji tal-Awtorità tax-Xandir, il-Ħamrun

    29 ta’ Settembru 2015

    Nibda billi nawguralkom f’dan l-anniversarju. Nixtieq nislet ftit riflessjonijiet mill-fatt storiku li intom ġejtu mwaqqfa fid-29 ta’ Settembru li, tradizzjonalment, fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattoliku hija l-festa tat-tlett Arkanġli: Mikiel, Gabrijel u Rafel…

  • Kompli aqra »

Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għall-2016

    • Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2016 beda jitqassam f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Il-kumpanija Maltapost reġgħet ġentilment offriet li tqassam id-djarji mingħajr ħlas fid-djar kollha.

      Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri ikollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil mija u disa’ persuni b’diżabilità bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp tagħhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: “Minix ċelebrita, imma serv tas-servi t’Alla”

  • Pope Francis is back in the Vatican after his 10th apostolic journey abroad which took him to Cuba, to the United States and to the United Nations in New York.

    During the flight that brought him back to Rome he spoke to journalists aboard the Papal plane, touching on many issues including his just concluded visit, the sex abuse scandal in the Church, the right to be a conscientious objector, a peace accord in Colombia, migration and the upcoming Synod on the Family…

  • Kompli aqra »

The Martian

  • ****

    Direttur: Ridley Scott

    Atturi: Matt Damon, Jessica Chastain, Chiwetel Ejiofor, Kate Mara

    Ħin: 130 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Waqt li l-ekwipaġġ ta’ vettura spazjali fuq Mars ikunu qed iħaffu biex jitilqu lejn id-Dinja biex jeħilsu minn tempesta qalila, Mark Watney jintlaqat minn antenna u jitħalla għal mejjet. Meta jerġa’ jiġi f’sensih jirrealiżża li jinsab waħdu fuq Mars, miljuni ta’ mili l-bogħod mid-Dinja, bi ftit ikel li jista’ jservih sa xahar, u li vettura spazjali oħra mhix ippjanat li tasal qabel erba’ snin oħra…

  • Kompli aqra »

The Transporter Refueled

  • ****

    Direttur: Camille Delimarre

    Atturi: Ed Skrein, Ray Stevenson, Loan Chabanol, Gabriella Wright, Tatjana Pajkovic, Wenxia Yu, Radivoje Bukvic u Annatole Taubman

    Ħin tal-Film: 96min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Frank Martin, li darba kien jaħdem bħala merċinarju f’operazzjonjiet speċjali, illum –il ġurnata jinsab igħix ħajja iktar trankwilla w inqas perikoluża…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016 fil-Krakovja

  • Pope Francis’ message for the 31st World Youth Day was released on Monday and is focused on the theme from the Beatitudes ‘Blessed are the merciful, for they shall obtain mercy’. The next meeting of young people from across the globe will take place in the Polish city of Krakow in July 2016.

    In the message Pope Francis notes that the forthcoming World Youth Day takes place within the context of the Jubilee Year of Mercy…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

  • San Ġwann 1:47-51

    Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda – Malta rappreżentata mill-President tar-Repubblika

  • Pope Francis has addressed the United Nations General Assembly in a highly anticipated speech, in which he talked about the protection of the environment and, as he put it, ” today’s widespread and quietly growing “culture of waste”. The Holy Father also referred to the effects of economic and social exclusion with, “its baneful consequences: human trafficking, the marketing of human organs and tissues, the sexual exploitation of boys and girls, slave labour, including prostitution, the drug and weapons trade, terrorism and international organized crime…

  • Kompli aqra »