Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju għar-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  • San Luqa 1:39-45

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’

  • Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wassal il-messaġġ tiegħu flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-Istat, fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’, fi Pjazza de Valette, il-Belt Valletta.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Pjazza de Valette, il-Belt Valletta

    19 ta’ Diċembru 2015

    Il-Milied huwa sabiħ jekk niskopru ta’ kull sena s-sinjifikat veru tiegħu: li niċċelebraw flimkien it-twelid ta’ tarbija f’għar f’Betlehem, li ngħatat l-isem ta’ Ġesù li jfisser Alla jsalvana…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’

  • Pjazza de Valette, il-Belt Valletta

    19 ta’ Diċembru 2015

     

    Il-Milied huwa sabiħ jekk niskopru ta’ kull sena s-sinjifikat veru tiegħu: li niċċelebraw flimkien it-twelid ta’ tarbija f’għar f’Betlehem, li ngħatat l-isem ta’ Ġesù li jfisser Alla jsalvana. Isem ieħor ta’ din it-tarbija huma Għimmanu-El, Alla magħna.

    Kif tafu, fil-Knisja Kattolika qegħdin niċċelebraw Sena Ġubilari tal-Ħniena…

  • Kompli aqra »

Refuġjati, Immigranti, Integrazzjoni: Proposti mill-Isqfijiet Ewropej lill-UE

  • COMECE welcomes in principle the conclusions of the European Council on 17 December 2015 and the concrete steps they entail for the implementation of measures concerning the reception, support and relocation of refugees in the European Union. Nevertheless it is to be regretted that the Member States were not encouraged to take further steps for the integration of the asylum seekers…
  • Kompli aqra »

Filmati mill-ajru tal-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fl-Imdina

  • Filmat miġbud mill-ajru waqt il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ nies hekk kif s’issa ntwera aktar minn 10,000 darba. Il-filmat juri xeni tal-kongregazzjoni mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’purċissjoni li bdiet mill-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat. Il-produzzjoni tal-filmat hija tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

    • San Luqa 1:5-25

      Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skond il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien.

      Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta’ qassis quddiem Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu, u, skond id-drawwa tal-liturġija, ntgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens. Waqt ir-rit ta’ l-inċens, il-kotra kollha tal-poplu kienet qiegħda titlob barra…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali fil-Bidu tal-Ġublew tal-Ħniena – Inħennu Bħall-Missier

  • “Inħennu bħall-Missier”. Dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwasslilna l-Ġublew għas-Sena tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Hu Ġesù nnifsu li jagħmlilna din is-sejħa: “ħennu bħal ma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36).

    Il-ħniena: espressjoni tal-imħabba ta’ Alla
    L-Aħbar it-Tajba tista’ tinġabar fi kliem Ġesù: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem (Ġw 3:16)…

  • Kompli aqra »

Awguri tal-Istaġun tal-Festi lill-Isqfijiet

  • Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., ser jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru, bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar. Il-bdil tal-awguri ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Buġeja…
  • Kompli aqra »

Beata Tereża ta’ Kalkutta se tiġi ddikjarata Qaddisa

  • Blessed Teresa of Calcutta is to be made a Saint. Pope Francis on Thursday authorized the Congregation for the Causes of Saints to promulgate a decree regarding a miracle attributed to the intercession of Blessed Teresa (nee Agnes Gonxha Bojaxhiu).

    Blessed Teresa, known around the world as Mother Teresa was born August 26, 1910 and died September 5, 1997…

  • Kompli aqra »