• Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., ser jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru, bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar.
    Il-bdil tal-awguri ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Buġeja. Dakinhar, għall-ħabta tal-10.30 a.m., l-Arċisqof Scicluna ser iwassal messaġġ lil dawk preżenti.

    Lejliet l-Ewwel tas-Sena, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., ser jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.

  • Ritratti: Diċembru 2014