Arkivji mensili: Jannar 2016

Il-Papa Franġisku: Iż-żwieġ Kristjan “mhuwiex ideal għal ftit nies”

  • Pope Francis on Friday said the Church’s teaching on marriage is not an “ideal for the few,” but “a reality that, in the grace of Christ, can be experienced by all the baptized.”

    The Holy Father was speaking the Tribunal of the Roman Rota, the Vatican court which mainly deals with marriage annulment cases.

    In his address inaugurating the judicial year, Pope Francis said the court’s role as Tribunal of the Family, and its role as Tribunal of the Truth of the Sacred Bond are complementary…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

    • Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

      San Mark 16:15-18

      U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

  • San Luqa 1:1-4.4:14-21

    Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħu fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri  tal-kelma. Hekk ukoll jien, għażiż Teofilu, wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kull ma ġara sa mill-bidunett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b’ħaġa, biex tagħraf sewwa l-verità sħiħa dwar kull ma tgħallimt. Ġesù, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:

            ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,

            għax hu kkonsagrani,

            Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,

            nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,

            u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,

            nrodd il-ħelsien lill-maħqurin

            u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

    Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.”

    Qaddis tal-jum: San Franġisk de Sales, Duttur tal-Knisja

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

  • San Mark 3:20-21

    Mbagħad mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

    Qaddisin tal-jum: San Ġwann Almoner, Patrijarka t’Alessandria, Santa Marjanna Cope

  • Kompli aqra »

Il-Komunikazzjoni u l-Ħniena: Inkontru li jagħti l-frott

  • Dear Brothers and Sisters, The Holy Year of Mercy invites all of us to reflect on the relationship between communication and mercy. The Church, in union with Christ, the living incarnation of the Father of Mercies, is called to practise mercy as the distinctive trait of all that she is and does. What we say and how we say it, our every word and gesture, ought to express God’s compassion, tenderness and forgiveness for all…
  • Kompli aqra »

1,458 żwiġijiet fil-Knisja fl-2015

  • In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2015 kien ta’ 1,458, żieda fuq in-numru ta’ żwiġijiet irreġistrati fl-2014.

    Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2015, 1,248 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 71 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 44 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 22 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 5 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

  • San Mark 3:13-19

    Tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippridkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu  x-xjaten. Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh…

  • Kompli aqra »