Arkivji mensili: Jannar 2016

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

    • San Mark 1:21-28

      U daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.” Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu,”u oħroġ minnu.” Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu. U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? …

  • Kompli aqra »

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss mal-Bażilika tal-Isla

    • Nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna fetaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn hemm meqjuma x-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet fil-Bażilika b’purċissjoni lejn l-Oratorju tal-Kurċifiss. Hemmhekk, l-Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena u wara li l-ġemgħa għaddiet mill-Bieb, ġiet ċċelebrata l-Quddiesa fil-Bażilika. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet b’tislima lil Marija Bambina, bis-Salve Regina.

      Dan huwa t-tielet u l-aħħar Bieb tal-Ħniena li infetaħ fl-Arċidjocesi ta’ Malta, wara dak tal-Katidral tal-Imdina u tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

    • San Mark 1:14-20

      Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.” Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ‘l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek, u minnufih sejjħilhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

    • San Luqa 3:15-16.21-22

      Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar.Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, u niżel  l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura  ta’  ħamiema…

  • Kompli aqra »

L-allegati fenomeni mistiċi f’Borġ In-Nadur

  • Il-Knisja f’Malta kkonkludiet li l-allegat dehriet, l-allegat messaġġi u l-allegat fenomeni mistiċi marbuta mas-Sur Anġelik Caruana u l-għolja ta’ Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk m’għandhomx oriġini sopranaturali.

    L-awtoritajiet Ekkleżjastiċi waslu għal din il-konklużjoni wara stħarriġ dettaljat taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, liema stħarriġ ġie ordnat mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.

    Matul dan l-istħarriġ ġew ikkonsultati diversi esperti f’oqsma differenti tax-xjenzi naturali u soċjali, tat-teoloġija spiritwali u Marjana…

  • Kompli aqra »

Diskors ta’ Mons. Charles J. Scicluna waqt Konferenza dwar id-Dehriet Marjani fid-19 ta’ Mejju 2009

  • Il-Knisja tqis id-dehriet li jistgħu jkunu ta’ Ġesù, tal-Madonna jew tal-qaddisin, bħala don, bħala kariżma speċjali tal-Ispirtu. Għalhekk, aħna l-Insara rridu naċċettawhom, nilqgħuhom u nistħarrġuhom bħalma nistħarrġu bi gratitudni kbira u b’umiltà, kull don tal-Ispirtu. Tifhmu għalhekk li qegħdin nitkellmu fuq teżor kbir, u li rridu nużaw reqqa kbira biex nagħżlu dak li hu tajjeb minn dak li hu ħażin għax huwa qarrieqi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

  • San Ġwann 3:22-30

    Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs. Ġara mela li d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewwmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih…

  • Kompli aqra »

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss mal-Bażilika tal-Isla

    • Nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna fetaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn hemm meqjuma x-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet fil-Bażilika b’purċissjoni lejn l-Oratorju tal-Kurċifiss. Hemmhekk, l-Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena u wara li l-ġemgħa għaddiet mill-Bieb, ġiet ċċelebrata l-Quddiesa fil-Bażilika. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet b’tislima lil Marija Bambina, bis-Salve Regina…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

    • San Luqa 5:12-16

      Darba kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq,” u minnufih il-lebbra marritlu. Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt.” Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta’ nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku iħeġġeġ in-nisrani biex ma jgħix ħajja medjokri

    • Pope Francis said on Wednesday the experience of the Magi urges us not to settle for mediocrity and not to scrape a living but instead examine with passion the great mystery of life. He also said the Magi teach us to recognize the majesty in humility and learn how to knee in front of it. The Pope’s comments came during his Angelus address to the crowds gathered in St…

  • Kompli aqra »