Arkivji mensili: Frar 2016

Fis-Sena tal-Ħniena…Il-ħidma tal-Knisja f’Malta ma’ min ibati l-ġuħ u s-solitudni

  • “Itma’ lil min hu bil-ġuħ, u ilqa’ lil min hu bla dar” huma żewġ Opri tal-Ħniena li twettaq il-Knisja f’Malta permezz tal-Caritas. Fuq iniżjattiva tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjocesi ta’ Malta, fl-okkażjoni tar-Randan f’dan il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena l-intervista ippublikata fil-ġurnal The Sunday Times iffukat fuq proġett ġdid ta’ drop-in shelter f’Birkirkara.    Link għall-intervista’: Shelter for the lonely
  • Kompli aqra »

Il-Papa: Il-Kristjani msejħa biex issir ħidma biex tiġi abolita l-piena kapitali

  • Pope Francis has said that “all Christians and people of good will are called today to work not only for the abolition of the death penalty,” but also to improve conditions in prisons, out of respect for the human dignity of prisoners. In particular, the Holy Father appealed “to the consciences of government leaders” that they might join the “international consensus for the abolition of the death penalty” — and spoke directly to Catholic leaders, asking them, as a “courageous and exemplary act,” to not carry out any death sentences during the Holy Year of Mercy…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

  • San Mattew 16:13-19 Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta’ l-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.” Qaddisa tal-jum: Beata Isabella ta’ Franza
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

    • San Luqa 9:28b-36 Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajjmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

  •  San Mattew 5:43-48 “Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq   il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? …
  • Kompli aqra »

Il-Predikatur tal-Papa jirrifletti fuq il-Konċilju Vatikan II

Patri Raniero Cantalamessa jmexxi l-Eżerċizzi tar-Randan lill-Papa u l-membri tal-Kurja Rumana

  • On Friday of the First Week of Lent, the Preacher to the Pontifical Household, Raniero Cantalamessa, OFM Cap., offered the first Sermon for Lent 2016. Father Cantalamessa’s sermon continued his reflections on the Second Vatican Council, speaking on the theme, “The Second Vatican Council, 50 years later: A revisitation from a spiritual point of view.” After focusing during Advent on the Dogmatic Constitution Lumen gentium (on the Church), Fr Cantalamessa turned his thoughts to the Council’s Constitution on the Sacred Liturgy, Sacrosanctum Concilium
  • Kompli aqra »

Għajnuna Spiritwali għar-Randan tal-Ġublew tal-Ħniena

Pubblikazzjoni ġdida bl-għajnuna tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • Dan l-aħħar ġiet imwaqqfa’ s-Soċjetà Patristika Maltija biex ikunu apprezzati dejjem aktar il-kitbiet u l-ħajjiet tal-Missirijiet tal-Knisja. Dawn kienu persunaġġi kbar li għexu bejn l-ewwel u t-tmien seklu tal-istorja tal-Knisja – nies bħal San Ċiprijanu, Sant’Ambroġ, Santu Wistin, San Bażilju l-Kbir, il-Papa San Ljun il-Kbir, San Ġwann Griżostmu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Dawn taw kontribut enormi fil-formulazzjoni tat-teoloġija u l-ispiritwalità Nisranija…
  • Kompli aqra »

Il-Konferenza Stampa mill-Papa dwar il-Messiku, l-Ukrajna, u l-Istati Uniti

  • Pope Francis gave a lengthy press conference on the flight back from Mexico to Rome on Thursday, sharing thoughts on many subjects including pedophile priests, Mexico’s ‘desaparecidos’, the Church in Ukraine and the Zika virus. Asked why he had not met with relatives of the 43 Mexican student teachers who went missing in Guerrero state in 2014, Pope Francis said he had spoken at length about the problems of assassinations by criminal gangs and drug traffickers…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

  • San Mattew 5:20-26 Ġesu qal lid-dixxipli: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern. Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek. Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu  bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet…
  • Kompli aqra »

Fis-Sena tal-Ħniena…Il-ħidma tal-Knisja f’Malta ma min jixtieq jitgħallem jikteb u jaqra

  • “Għallem lil min ma jafx”. Waħda mill-opri tal-ħniena li twettaq il-Knisja f’Malta ma’ dawk li jixtiequ jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Fuq iniżjattiva tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjocesi ta’ Malta, fl-okkażjoni tar-Randan f’dan il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, l-intervista tal-ġimgħa ta’ Newsbook.com.mt tiffoka fuq il-ħidma li twettaq l-‘Paulo Freire Institute’.
  • Kompli aqra »