Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka, fis-6:30 p.m., issir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Matul din il-Quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, l-Arċisqof jaħsel riġlejn numru ta’ persuni. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof iwassal is-Sagrament Imqaddes fil-kappella tar-ripożizzjoni, għall-qima tal-Insara. Segwi ‘live’ fuq YouTube
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser imexxi l-Arċisqof. Agħfas hawn biex issegwi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fuq YouTube…
Pope Francis celebrated the Missa in coena Domini – the Mass of the Lord’s Supper – on Thursday, leading the Church of Rome into the sacred Paschal Triduum that culminates in the great Easter Vigil in the night between Holy Saturday and Resurrection Sunday. This year, the Holy Father celebrated the Lord’s Supper at a temporary welcome and living facility for refugees and asylum-seekers located on the outskirts of Rome…
Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Sacra Nazzjonali li bdiet miċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni tad-Droga, immexxi mill-Caritas, f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ. Ir-residenti taċ-Ċentru ħadu wkoll sehem attiv fil-Via Crucis.
Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, fid-9:15 a.m., tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, flimkien mal-Arċisqof jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom. Segwi ‘live’ fuq YouTube Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser imexxi l-Arċisqof. Agħfas hawn biex issegwi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fuq YouTube.
L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca…
L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca. Attendew ukoll l-Onorevoli Evarist Bartolo f’isem il-Prim Ministru, rappreżetanti tal-Awtoritajiet Ċivili u l-Korp Diplomatiku…
Il‑funeral tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca ser jixxandar ukoll fuq TVM, Radju Malta u fuq il‑website TVM.com.mt. It‑trasmissjoni tibda fit‑3:30 p.m. u tintemm mat‑tluq tal‑korteo funebri mid‑daħla tal‑Belt Valletta lejn il‑Katidral tal‑Imdina. Il‑funeral ser jixxandar ukoll fuq l‑istazzjonijiet Net Television u One TV, fuq Radju RTK u Radju Marija. Agħfas hawn għall-programm tal-funeral…
9:00 a.m. sa 12:00 p.m. – Il-katavru tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca jkun espost għall-aħħar darba għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 3:15 p.m. sat- 3:30 p.m. – Wasla tal-mistednin distinti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 3:30 p.m. – Ftuħ tal-bieb prinċipali tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għad-dħul tan-nies. 3:45 p.m. – Wasla tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 3:50 p.m. – Wasla tar-rappreżentant tal-Prim Ministru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-messaġġ tiegħu lill-media għall-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca, qabel bdeit il-Velja ta’ talb fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Jien nixtieq insellem il-figura ta’ Monsinjur Mercieca, kif huwa rikonoxxut mill-kummenti sbieħ li ngħataw bħala persuna ta’ djalogu, persuna ta’ umiltà, ta’ ħlewwa ta’ qalb, imma wkoll ta’ għerf…