Arkivji mensili: Mejju 2016

Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina għat-tfal tal-emigranti

  • Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof għal ulied l-emigranti Maltin ser issir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2016. Biex ulied l-emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-sagramenti, ikun meħtieġ: 1. Li t-tfal ikollhom 7 snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u 12-il sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof. 2. Li jippreżentaw:
    • Iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija;
    • Iċ-Ċertifikat tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma;
    • Permess bil-miktub tal-kappillan tal-parroċċa tagħhom barra minn Malta;
    • Ċertifikat ta’ attendenza tal-kors preparattiv għas-sagrament li jkunu ser jagħmlu…
  • Kompli aqra »

“Alla jara l-qalb! U jħobbok kif inti” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-anzjani u l-morda f'San Vinċenz de Paule

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju, Festa tat-Trinità Qaddisa, l-Arċisqof żar l-anzjani u l-morda rikoverati fid-Dar tal-Anzjani San Vinċenz de Paule, il-Marsa.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Residenza San Vinċenż de Paule, Il-Marsa 22 ta’ Mejju 2016   Fil-bidu ta’ din il-Quddiesa aħna għamilna s-sinjal tas-salib li tgħallimnih mingħand ommna u li intom għallimtuh lil uliedkom. Dan huwa s-sinjal tagħna l-Insara, is-sinjal tas-salib, u l-kliem tiegħi li aħna qegħdin nagħmlu festa fuqhom illum…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jilqa’ l-Imam ta’ Al-Azhar

  • Pope Francis received in audience in the Vatican on Monday the Grand Imam of Al-Azhar, Sheik Ahmed Muhammad Al-Tayyib.   In a note, the Director of the Vatican Press Office, Fr. Federico Lombardi sj. said the approximately 30 minute meeting was “very cordial” and that the Grand Imam of Egypt “was accompanied by an important delegation, which included: Dr. Abbas Shouman, Undersecretary of Al-Azhar; Dr…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: L-Insara jgħixu l-imħabba ta’ Alla bil-ferħ, u stagħġib

  • No Christian can exist without joy: that’s what Pope Francis said in his Homily at Mass Monday morning in the chapel of the Santa Marta guesthouse.  The Pope stressed that even through life’s difficulties, the Christian knows he can trust in Jesus and find hope.  The Pope also reminded the faithful they should not allow riches to dominate their lives because they ultimately lead to sadness.  Christians live in joy and amazement because of the Resurrection of Jesus Christ…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

  • San Mark 10:28-31 Qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej. U ħafna li huma ta’ l-ewwel jiġu  l-aħħar, u ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel.” Qaddisin tal-jum: San Donazju & Rogazju, Martri
  • Kompli aqra »

The Angry Birds Movie

  • *** Diretturi: Fergal Reilly, Clay Kaytis Atturi: (vuċijiet ta’) Jason Sudeikis, Sean Penn, Josh Gad, Maya Rudolph Ħin: 97 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: U Klassifika tal-Knisja: UPG   Fi gżira li jgħixu fiha għasafar biss, għasafar li għal xi raġuni ma’ jtirhux, il-ħajja hi fil-biċċa l-kbira trankwilla u kuntenta. Red hu l-uniku għasfur li jħossu barra minn postu f’dil-gżira minħabba li ma jaħsibiex bħall-oħrajn u jitlagħlu malajr…
  • Kompli aqra »

Money Monster

  • **** Direttur: Jodie Foster Atturi: George Clooney, Julia Roberts, Jack O’Connell Ħin: 98 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18   Lee Gates jippreżenta programm fuq it-television li fih jagħti pariri dwar fejn għandek tinvesti flusek. Mdawwar b’żeffiena, mużika qawwija u grafika kbira, Gates iwassal lil udjenza għal ferneżija waqt li jindika l-iktar bonds u stocks li jippromettu…
  • Kompli aqra »

Il-bżonn li s-saċerdoti jagħrfu ‘l-Glorja attiva ta’ Alla’

L-ewwel jum tal-Aġġornament tal-Kleru 2016

  • Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, qed jattendu għal Kors ta’ Aġġornament li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Dan il-kors ta’ aġġornament teoloġiku u pastorali għall-kleru beda llum it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2016, u jintemm il-Ħamis li ġej. L-ewwel sessjoni kienet immexxija mir-Rev. Dr Pawl Sciberras fejn irrifletta fuq is-sejħa ta’ Mosè u r-relazzjoni li kellu ma’ Alla…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: “Il-Misteru tat-Trinità jkellimna dwarna nfusna”

Messaġġ tal-Papa Franġisku fis-Solennità Tas-Santissma Trinità

  • Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb! Illum, festa tas-Santissma Trinità, l-Evanġelju ta’ San Ġwann jippreżentalna silta mid-diskors twil ta’ tislima tal-aħħar li Ġesù għamel ftit qabel il-passjoni tiegħu. F’dad-diskors Hu jispjega lid-dixxipli il-veritajiet l-aktar profondi dwaru nnifsu; b’hekk jagħti bixra lir-relazzjoni bejn Ġesù, il-Missier u l-Ispirtu s-Santu. Ġesù jaf li jinsab qrib il-milja tal-pjan tal-Missier, li jitwettaq bil-mewt tiegħu u l-qawmien.  Għaldaqstant irid jiżgura lil tiegħu li mhux se jħallihom waħedhom, għax l-Ispirtu s-Santu se jkompli l-missjoni tiegħu.  Se jkun l-Ispirtu li se jkompli l-missjoni ta’ Ġesù, jiġfieri li jmexxi l-Knisja ‘l quddiem…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • San Mark 10:17-27  Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù, “ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid…
  • Kompli aqra »