Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:7-15 Ġesu qal lid-dixxipli: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.  Mela itolbu hekk:                               ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet,                             jitqaddes ismek,                             tiġi saltnatek,                             ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.                             Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.                             Aħfrilna dnubietna,                             bħalma naħfru lil min hu ħati għalina…
  • Kompli aqra »

Top Cat Begins

  • ** Direttur: Alberto Mar Atturi: (vuċijiet ta’) Jason Harris, Chris Edgerly, David Hoffman Ħin: 89 minuti   Maħruġ minn KRS Releasing Limited   Klassifika tal-Gvern: U Klassifika tal-Knisja: UPG   Id-duo Hanna-Barbera ħolqu l-cartoons ta’ ‘Top Cat’ u għamluhom f’serje ta’ films qosra għal Walt Disney li kienu jintwerew fuq it-televiżjoni fis-snin ’60, fejn kienu populari ħafna. Fl-2012 Alberto Mar għamel film għaċ-ċinema bbażat fuq dawn il-cartoons, li fih Top Cat u sħabu, Benny, Fancy-Fancy, Choo-Choo, Spook u Brain, kollha qtates tat-triq fi New York, jagħmlu għadd ta’ serqiet…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jgħid li t-talb lejn l-għedewwa tagħna jfejjaq lil qalbna

  • Praying for our enemies can heal our hearts: that was Pope Francis’ message at Mass in the Casa Santa Marta chapel on Tuesday morning. Recalling his own childhood in Argentina, when people prayed that dictators would go to hell, the Pope recalled how Jesus himself tells us to love our enemies and to pray for those who persecute us. Reflecting on the Gospel reading from St Matthew where Jesus tells his disciples to love their enemies, Pope Francis noted that this instruction was in contrast to what the Doctors of the Law taught in those days: “You shall love your neighbour and hate your enemy”…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:1-6.16-18 Ġesu qal lid-dixxipli: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu. “U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies…
  • Kompli aqra »

Minn Viżjoni għar-Realtà

Ktieb li jiġbor fih it-taħdidiet matul l-Aġġornament tal-Kleru 2015

  • Ir-Rev. Prof. Emmanuel Agius u Rev. Dr John Berry għadhom kif ippubblikaw il-ktieb “Minn Viżjoni għar-Realtà: Mixja Flimkien b’Ferħ u Impenn”.   Il-ktieb jinkludi taħditiet dwar il-ħtieġa li l-Knisja lokali tevalwa s-sinjali ta’ żminijietna bl-għan li tkompli taġġorna l-viżjoni u l-għażliet pastorali għas-snin li ġejjin.   Dan jinkludi:
    1. It-tibdiliet kulturali, politiċi, u soċjo-ekonomiċi f’Malta llum;
    2. Il-viżjoni u d-direzzjoni tal-Knisja;
    3. L-evangeliżżazzjoni: Mixja lejn fidi matura, u
    4. Il-Knisja bħala qaddejja u għassiesa tal-ġustizzja…
  • Kompli aqra »

L-ewwel sinjal tal-Ħniena: Kana

Diskors mill-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2016

  • Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba! Qabel nibdew il-katekeżi tal-lum, nixtieq insellem lil grupp ta’ koppji li qed jiċċelebraw il-ħamsin anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Forsi m’huwiex dan “l-inbid tajjeb” tal-familja! Din tagħkom hi xhieda li l-miżżewġin ġodda – li mbagħad insellmilhom wara – u ż-żgħażagħ għandhom x’jitgħallmu minnha. Hi xhieda sabiħa. Grazzi tax-xhieda tagħkom. Wara li kkummentajt xi parabboli tal-ħniena, il-lum nixtieq li nieqfu fuq l-ewwel fost il-mirakli ta’ Ġesù, li l-evanġelista Ġwanni jsejħilhom “sinjali”, għax Ġesù ma għamilhomx biex in-nies tistagħġeb, imma biex jurihom l-imħabba tal-Missier…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:43-48 Ġesu qal lid-dixxipli: “”Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? …
  • Kompli aqra »

“Il-marċi brijjużi tagħna ma nagħmluhomx okkażjoni ta’ vizzju” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Filep, Ħaż-Żebbuġ

  • Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali u  niseġ il‑Paniġierku fil‑festa ta’ San Filippu ta’ Aġġira, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Parrokkjali Ħaż-Żebbuġ 12 ta’ Ġunju 2016 Illum qegħdin hawn biex nagħmlu festa solenni lil dan l-qaddis straordinarju u kbir fil-fedeltà tiegħu. Filippu huwa kbir għax għandu ismu miktub fis-smewwiet…
  • Kompli aqra »

Strateġija ta’ Ħniena

  • It-temp inbidel, u l-aħbarijiet dwar it-traġedji umani fil-Mediterran qed nisimgħuhom kontinwament. Kull ġimgħa nisimgħu kemm nies jitilfu ħajjithom fl-ibħra ta’ madwarna. Il-Papa Franġisku tkellem fuq kif għandna nagħtu każ ta’ din il-problema, u mhux nibqgħu indifferenti lejn eluf ta’ nies li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba sitwazzjonijiet imwiegħra. L-Arċisqof Charles J. Scicluna rrifletta fuq kemm il-Maltin jeħtieġ li jkunu “protagonisti f’kultura ta’ mogħdrija u solidarjetà” lejn dawn ħutna…

  • Kompli aqra »

“Ir-Reġina Eliżabetta II għexet il-vokazzjoni tagħha bħala qaddejja sovarana b’imħabba u kura għan-nazzjon tagħha” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħmel omelija f'Quddiesa ta' Radd il-Ħajr fil-Pro-Katidral ta' San Pawl, il-Belt Valletta

  • Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u agħmel omelija fl-okkażjoni t’għeluq id-90 sena mit-twelid tal-Maestà Tagħha ir-Reġina Eliżabetta II. Il-Quddiesa saret fil-Pro-Katidral u Knisja Kolleġjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • “The king’s heart is a stream of water in the hand of the Lord; he turns it wherever he will…
  • Kompli aqra »