Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

  • Mill-Ktieb ta’ Żakkarija 12:10-11.13:1 Dan jgħid il-Mulej:  U fuq id-dar ta’ David u fuq dawk li jgħammru f’Ġerusalemm insawwab spirtu ta’ ħniena u talb. U huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu, u jibkuh bħal wieħed li jibki lil ibnu  l-waħdieni, u jokorbu għalih bħal min jokrob għal ibnu l-kbir.  Dakinhar il-biki ta’ Ġerusalemm ikum kbir daqs il-biki ta’ Ħadad-rimmon fil-wita ta’ Megiddo.  “Dakinhar jiġri li tinfetaħ għajn għad-dar ta’ David u għan-nies ta’ Ġerusalemm, biex jindafu mill-ħtijiet u mit-tinġis…
  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar il-Morning After Pill

  • Aħna, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma’ tant nies f’pajjiżna li jemmnu fil‑valur u d‑dinjità tal‑ħajja lilhinn mit‑twemmin li jħaddnu, irridu nesprimu t‑tħassib tagħna għall‑Protest Ġudizzjali li tressaq fil‑Qrati tagħna mill‑Fondazzjoni għad‑Drittijiet tal‑Mara, biex f’pajjiżna tiġi legalizzata l‑pillola morning‑after. Napprezzaw li qabilna diġà esprimew dan it‑tħassib Għaqdiet u Organizzazzjonijiet u tant u tant oħrajn li fostna għadhom jemmnu li d‑dinjità tal‑ħajja umana għandha tkun imħarsa u rispettata sa mill‑konċepiment…
  • Kompli aqra »

Disa’ refuġjati Sirjani jintbgħatu Ruma minn Lesbos bl-għajnuna tal-Vatikan

  •  A group of nine Syrian refugees, including two Christians, arrived in Rome on Thursday from the Kara Tepe refugee camp on the Greek island of Lesbos, following the visit of Pope Francis to the island on April 16, when he accompanied three families of refugees back to Rome. The Vatican Gendarmeria, with the help of Interior Ministry of Greece, the Greek Asylum Service, and the Community of Sant’Egidio, accompanied the refugees from Athens to Rome on Thursday…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:24-34 Ġesu qal lid-dixxipli: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! …
  • Kompli aqra »

“Il-ħajja hija sabiħa meta tingħata lill-oħrajn” – L-Arċisqof

L-Arċisqof iżur Farsons

  • On Friday 17th June 2016, Archbishop Charles J. Scicluna visited Farsons, at the brewery in Mrieħel, and celebrated Mass with the management and employees. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Imrieħel 17 ta’ Ġunju 2016   Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù jagħtina ftit kelmiet li aħna nistgħu nsejħuluhom kliem ta’ għerf, teknikament kliem sapjenzjali u b’xi mod qiegħed jagħtina kliem ta’ għerf tal-qalb, dak li bl-Ingliż nistgħu nsejħulu: ‘the wisdom of the heart’, l-għerf tal-qalb…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:19-23 Ġesu qal lid-dixxipli: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll. “Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal. Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: Il-Missierna hija ‘l-ġebla tax-xewka’ fil-ħajja tat-talb

  • Pope Francis said that prayers are not magic words for Christians and when we pray the ‘Our Father’ we can feel God looking at us and this prayer should be the cornerstone of our prayer life. His words came during his mass celebrated on Thursday morning in the chapel of the Santa Marta residence.  Jesus always turned to the Father in the most challenging moments Taking his inspiration from the gospel reading where Jesus teaches his disciples to pray the “Our Father, the Pope’s homily was a reflection on the value and meaning of prayer in the life of a Christian…
  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-persuni b’diżabilità: il-qassisin li ma jilqgħux lil kulħadd għandhom jagħlqu l-parroċċa

Laqgħa mal-Papa Franġisku fl-okkazjoni t'għeluq il-25 sena mit-Twaqqif tat-Taqsima tal-Katekeżi għall-Persuni b’Diżabilità fi ħdan l-Uffiċċju Kateketiku Nazzjonali Taljan

  • Nhar is-Sibt, 11 ta’ Ġunju 2016, il-Papa Franġisku laqa’ f’udjenza dawk li kienu qed jieħdu sehem fil-Kungress “U Int tiekol l-ikel fuq il-mejda tiegħi dejjem” (2 Samwel 9: 1-13) organizzat mit-taqsima tal-Katekeżi tal-Persuni b’Diżabilità, fi ħdan l-Uffiċċju Kateketiku Nazzjonali Taljan, fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tal-Istituzzjoni. F’ħin minnhom, il-Papa warrab id-diskors imħejji li kellu u wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu minn zewġt ibniet u saċerdot fuq kif għandhom jiġi ndirizzati mingħajr biża’ d-differenzi u kif għandha tiġi evitata l-eskluzzjoni anke f’komunitajiet Insara…
  • Kompli aqra »