Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġiljan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem fuq diversi punti importanti li jolqtu lin-nies direttament. Fuq l-ambjent, l-Arċisqof staqsa kemm qed nieħdu ħsieb l-ibħra, il-kampanja u l-patrimonju urbanistiku tal-pajjiż, li qed jiġi mkisser minħabba l-kilba għall-flus. Talab lill-Awtoritajiet biex jiddeċiedu fuq l-issues li jolqtu lil Maltin illum, milli jgħerru lilhom infushom bin-nostalġija tal-passat.
L-Arċisqof irrifletta kif San Ġiljan, vittma tal-għawi, spiċċa biex qatel l-istess ġenituri tiegħu…