Arkivji mensili: Awwissu 2016

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Awwissu

  • San Luqa 12:49-53 Ġesu qal lid-dixxipli: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ‘il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra  l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”   Qaddis tal-jum: San Massimiljanu Maria Kolbe, Presbiteru u Martri  
  • Kompli aqra »

“Iċċaħħdux lil xulxin” – L-Arċisqof lill-miżżewġin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-miżżewġin fil-festa ta' Santa Marija, Ħal Għaxaq

  • Is‑Sibt 13 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal‑familji, fit‑tielet jum tat‑Tridu għall‑festa ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq 13 ta’ Awwissu 2016   Ippermettuli noffri ħsieb qasir ispirat l-ewwel nett minn din l-okkażjoni sabiħa. Qegħdin fit-tielet Tridu li jwassalna għall-festa tal-Assunta…
  • Kompli aqra »

Cherishing Life – Pastoral Letter Solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

  •   Upload

     

     

  • F’dawn l-aħħar ġimgħat konna xxukkjati b’diversi atti terroristiċi li ħesrem ħasdu bl-addoċċ il-ħajja ta’ ħafna nies. Fi ftit ġimgħat, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Iraq, saru attakki terroristiċi li qatlu tfal żgħar u l-ġenituri tagħhom, żgħażagħ u għexieren oħra ta’ nies. Kif nafu, ftit ġranet ilu saħansitra nqatel qassis anzjan waqt li kien qed jiċċelebra Quddiesa…
  • Kompli aqra »

Ngħożżu l-ħajja

  • Fl-Ittra Pastorali fis-Solennità ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, l-Isqfijiet Maltin tkellmu dwar il-protezzjoni tal-ħajja f’kull stadju u t-titjib fil-kwalità tagħha f’kull aspett. L-Isqfijiet tefgħu dawl fuq kemm in-Nisrani għandu jinforma ruħu, u b’serjetà jiddeċiedi dwar prodotti mediċinali li jistgħu jiddeterminaw il-ħajja fil-bidu tat-tnissil. Dwar l-ewtanasja, l-Isqfijiet saħqu li n-Nisrani għandu jemmen li l-“valur tal-ħajja umana ma jiddependix minn kemm il-persuna hija b’saħħitha jew sodisfatta bil-ħajja tagħha”…

  • Kompli aqra »

Ngħożżu l-Ħajja – Ittra Pastorali fis-Solennità ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema 2016

  • F’dawn l-aħħar ġimgħat konna xxukkjati b’diversi atti terroristiċi li ħesrem ħasdu bl-addoċċ il-ħajja ta’ ħafna nies. Fi ftit ġimgħat, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Iraq, saru attakki terroristiċi li qatlu tfal żgħar u l-ġenituri tagħhom, żgħażagħ u għexieren oħra ta’ nies. Kif nafu, ftit ġranet ilu saħansitra nqatel qassis anzjan waqt li kien qed jiċċelebra Quddiesa. Dawn l-atti krudili kontra l-ħajja jkexkxuna. Iżda kif fakkarna l-Papa Franġisku huwa u sejjer lura l-Vatikan mill-pellegrinaġġ li għamel maż-żgħażagħ fil-Polonja, id-dritt tal-ħajja huwa mhedded ukoll b’modi anqas drammatiċi iżda xorta terribbli, tant li l-Papa jsejħilhom “l-ewwel terroriżmu”…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:13-15 ​Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.   Qaddisa tal-jum: Santa Radegunda, Reġina ta’ Franza  
  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar il-kostruzzjoni ta’ bini għoli

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • X’inhu l-ogħla: Il-ġid komuni jew il-profitti tal-ftit? Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) waqt li tosserva l‑entużjażmu minn settur partikulari tas‑soċjetà Maltija li jixtieq li jitħaffef il‑proċess li permezz tiegħu tidħol xejra ġdida ta’ binjiet għoljin ħafna, u wara li semgħet l‑ilmenti jew ir‑reazzjonijiet ta’ għadd ta’ persuni u residenti għad‑deċiżjoni li jingħata permess għal dawn l‑istess binjiet, tħoss li għad hemm ħafna mistoqsijiet u dubji dwar dawn il‑proġetti u l‑impatt tagħhom fuq il‑kwalità tal‑ħajja tan‑nies…
  • Kompli aqra »

“Intom it-tama tad-Djoċesi” – L-Arċisqof liż-żgħażagħ

L-Arċisqof jiltaqa' maż-żgħażagħ li waslu lura mill-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-pellegrini żgħażagħ li waslu lura mill-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Ħafna żgħażagħ, ġejjin minn gruppi u komunitajiet differenti taż-żgħażagħ, qasmu l-esperjenzi tagħhom ta’ Krakovja mal-Arċisqof, li kien milqut mit-testimonjanzi tagħhom. L-attivita’ bdiet b’sessjoni ta’ talb u meditazzjoni, li kompliet bil-qsim tal-esperjenzi mill-pellegrini nfushom. Ħafna żgħażagħ qasmu l-esperjenzi tagħhom u t-tema rikurrenti kienet il-Knisja Universali u li wieħed jgħix il-ħajja Nisranija b’mod awtentiku…
  • Kompli aqra »

“Il-Mulej jitlobna l-libertà ta’ min lest iċedi kollox biex ma jitilfux” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' maż-żgħażagħ tal-Mixja Neo-Katekumenali li marru għall-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna pparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katekumenju, il-Ħamrun 12 ta’ Awwissu 2016   Kif wegħedna lil xulxin erġajna ltqajna, u anke tal-esperjenzi qawwija li qsamtu miegħi u ma kull wieħed u waħda minna…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’ikla mar-refuġjati Sirjani fil-Vatikan

  • Pope Francis had lunch with a group of 21 Syrian refugees on Thursday at the Casa Santa Marta. During the luncheon, both adults and children had the possibility to speak with Pope Francis about the beginnings of their life in Italy. The children gave the Holy Father a collection of their drawings, and the Pope showered them with toys and other gifts…
  • Kompli aqra »