Arkivji mensili: Settembru 2016

Il-Papa lill-President tal-Isptar ‘Bambino Gesù’: “offri l-kura u l-ħniena”

  • Pope Francis on Tuesday encouraged the President of the Vatican’s ‘Bambino Gesù’ pediatric hospital to continue to promote the institution’s good work and promised his personal contribution. In the course of a private audience with Mariella Enoc – at the head of the children’s hospital since February 2015 – the Pope assured her of his continuing support and said the hospital must evermore be a ‘great work of mercy’…
  • Kompli aqra »

“Jalla inti tkun ikona sabiħa tal-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof imexxi Velja ta' Talb għall-Isqof-elett Mons. Carmel Zammit

  • It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà. Matul il-Velja, Monsinjur Arċisqof bierek l-Insinji Episkopali li ser jintużaw dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Mons. Zammit twieled il-Gudja, u jgħix hemmhekk. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Gudja  6 ta’ Settembru 2016   Insellem lill-Isqof-elett, Mons…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

  • San Luqa 6:20-26 Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:  Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t’Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.  Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema…
  • Kompli aqra »

“Jalla inti tkun ikona sabiħa tal-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof imexxi Velja ta' Talb għall-Isqof-elett Mons. Carmel Zammit

  • It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Velja ta’ Talb bi tħejjijagħall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà. Matul il-Velja, Monsinjur Arċisqof bierek l-Insinji Episkopali li ser jintużaw dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Mons. Zammit twieled il-Gudja, u jgħix hemmhekk.

      

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali tal-Gudja   6 ta’ Settembru 2016

     

    Insellem lill-Isqof-elett, Mons…

  • Kompli aqra »

L-Intenzjoni tat-talba universali mill-Papa Franġisku għal Settembru 2016

  • Pope Francis has released his videomessage accomplanying his monthly prayer intention: “That each may contribute to the common good and to the building of a society that places the human person at the center.”     The text of the video message reads: “Humanity is experiencing a crisis that is not only economic and financial, but is also ecological, educational, moral, and human…
  • Kompli aqra »

Ben Hur

  • **** Direttur: Timur Beckmanbetov Atturi:  Jack Huston, Toby Kebbell, Rodrigo Santoro, Nazanin Boniadi, Ayelet Zurer u Morgan Freeman Ħin tal-Film: 123 min   Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12           Judah Ben-Hur u ħuh adottiv Massala, kienu veru ħbieb tal-qalb għalkemm Judah kien Lhudi u Massala kien orfni, tifel ta’ Ġeneral Ruman, imrobbi b’għożża kbira mill-familja Hur…
  • Kompli aqra »

Hell or High Water

  • *** Direttur: David Mackenzie Atturi: Chris Pine, Ben Foster, Jeff Bridges, Gil Birmingham Ħin: 102 minuti   Maħruġ minn KRS Releasing Limited.   Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18   Minħabba li jkunu se jitilfu r-razzett tal-familja tagħhom f’West Texas, għax ma kellhomx biex iħallsu l-mortgage li kellhom mal-Bank Texas Midlands. Iż-żewġt aħwa Toby u Tanner Howard ifasslu pjan biex jisirqu diversi branches ta’ dak il-Bank u b’hekk ikollhom flus biżżejjed biex iħallsu l-Bank…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

  • San Luqa 6:12-19 Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh. Mbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom…
  • Kompli aqra »

“Li tkun kburi mhix biżżejjed, irridu nkunu xhieda tal-patrimonju tagħna” – L-Arċisqof f’Londra

L-Arċisqof jiċċleebra Quddiesa f'Westminster Cathedral, li tfakkar il-'Malta Day- UK', f'Londra

  • Is‑Sibt 3 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja, f’Westminster Cathedral, Londra, bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Westminster Cathedral, London Saturday, 3rd September 2016 Every year we celebrate the victory of 1565. Also remember World War II and the fact that for Malta, World War II was practically over on the 7th September 1943, with the surrender of the Italian navy…
  • Kompli aqra »

Programm tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà

  • It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016 – Velja ta’ Talb fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja 8:00 p.m. – L-Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà. Matul il-Velja, Monsinjur Arċisqof ibierek l-Insinji Episkopali li ser jintużaw dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali. Mons. Zammit twieled u trabba l-Gudja, u jgħix hemmhekk.   Il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 (Festa Solenni tat-Twelid tal-Verġni Marija) – L-Ordinazzjoni Episkopali fil-Katidral tal-Imdina 9:15 a.m…
  • Kompli aqra »