Il-mexxejja tal-Knisja u tad-dinja m’għandhomx jintrabtu ‘mas-siġġu’ – L-Arċisqof
Diskors tal-Arċisqof fl-Oratorju dwar il-Beata Marija Adeodata Pisani
26/10/2016-
Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda l-Oratorju ‘Maria Adeodata – Is-Soru li Ħabbet’, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Dan l-Oratorju ittella’ fl-anniversarju mill-210 sena mit-twelid tal-Beata Marija Adeodata Pisani u l-15-il sena minn meta l-Papa San Ġwanni Pawlu II iddikjaraha beata, fuq il-Fosos tal-Furjana.
Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna -
Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
14 ta’ Ottubru 2016Nirringrazzja lil to Mro Ray Zammit, lill-liriċista’ Paul Ellul li tawna dan ix-xogħol straordinarjament sabiħ…