Arkivji mensili: Novembru 2016

Il-Kummissjoni tal-Vatikan dwar id-djakonat tan-nisa jitlaqqa’ għall-ewwel darba

  • The Vatican announced on Friday that the newly established commission for the study of the female diaconate was holding its first meeting at the offices of the Congregation for the Doctrine of the Faith.

    The two day meeting brings together the 12 members of the commission, under the presidency of Jesuit Archbishop Luis Francisco Ladaria Ferrer, who also serves as Secretary of the Congregation for the Doctrine of the Faith…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

  • San Mattew 8:5-11
    Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu.” “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din. Jiena ngħidilkom li għad jiġu ħafna mil-lvant u mill-punent u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham u ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb fis-Saltna  tas-Smewwiet”

    Qaddis tal-jum: San James ta’ Marches, Patri Franġiskan

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li l-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, il-Kurja tal-Arċisqof ser tkun magħluqa. Il-Kurja terġa tiftaħ l-għada, il-Sibt 3 ta’ Diċembru 2016, sa nofsinhar.

  • Kompli aqra »

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: 27 ta’ Novembru

    • San Mattew 24:37-44
      Ġesu qal lid-dixxipli: “Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Mbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

  • San Luqa 21:34-36
    Ġesu qal lid-dixxipli: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”

    Qaddis tal-jum: San Pietru t’Alessandrija, Isqof u Martri

  • Kompli aqra »

“Ikbru fil-valuri tal-kuxjenza soċjali u komunitarja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jżur l-istudenti u l-għalliema tas-Sacred Heart College

  • Nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel żjara uffiċjali fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan, fejn iltaqa’ mal-Amministrazzjoni tal-Iskola, l-għalliema u l-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja. 
    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti.
  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-istudenti tas-Sekondarja
  • Sacred Heart College, San Ġiljan

    21 ta’ Novembru 2016

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-laqgħa sabiħa li għamiltuli…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Id-dipendenza fuq id-droga hija ‘forma ġdida ta’ skjavitù’

  • Drug dependency is a ‘new form of slavery’ and a ‘wound in our society’ which should be combatted with education and rehabilitation.

    That was Pope Francis’ message to a Vatican conference called ‘Narcotics: Problems and Solutions of this Global Issue’, which was hosted by the Pontifical Academy of Sciences on 23-24 November.

    Pope Francis told the two-day conference on Narcotics that those who fall into the snares of drugs are victims who have “lost their freedom” in return for “a new form of slavery”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

  • San Luqa 21:29-33
    U qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar  l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu. Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.

    Qaddisa tal-jum: Santa Katerina t’Alessandria, Verġni u Martri

  • Kompli aqra »

Seminar dwar il-Meditazzjoni fl-Iskejjel

  • Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016, ittella’ seminar dwar il-meditazzjoni fl-iskejjel li għalih attendew madwar 110 għalliem, chaplains u membri tac-chaplaincy teams minn 50 skola tal-Knisja, tal-Istat u Indipendenti. Is-seminar sar f’Mount St Joseph, il-Mosta. Dan is-seminar sar wara l-esperjenzi li membri tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni kellhom fl-iskejjel bil-Prayer Spaces in Schools​, l-​‘Ispiritual Development in Schools Unit​’​ tas-Segretarjat. 

    Is-Sur Tonio Caruana SDC, għalliem fl-iskola St Michael’s, qasam ma’ dawk preżenti l-esperjenza tiegħu u t-teknika kif tagħmel il-meditazzjoni skont it-tradizzjoni Benedittina, u kif twassal it-tfal biex jimmeditaw…

  • Kompli aqra »