Arkivji mensili: Novembru 2016

L-Ewwel Sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2016

  • Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda l-ewwel sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2016, fil-Katekumenju, il-Mosta. Il‑laqgħa annwali ffokat fuq il‑konverżjoni għall-pastorali tal‑ħniena, li l-Papa Franġisku tant qed jisħaq fuqha. Fl-ewwel sessjoni, Fr Kevin Schembri u Dr Anna Vella għamlu l-preżentazzjonijiet tagħhom ta’ din it-tema.

    Fr Kevin Schembri tkellem dwar żewġ punti ċentrali fil-proċess ta’ konverżjoni għall-pastorali tal-ħniena…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-Isqfijiet li qed jistudjaw liġijiet ġodda taż-żwieġ

  • Pope Francis met on Friday with bishops from around the world who are attending a course at the Vatican tribunal of the Roman Rota to discuss recent developments regarding marriage annulments.

    In September 2015 Pope Francis issued two new documents introducing reforms to the legal structures of the Church, making marital nullity trials simpler, faster and less expensive.

    In his words to participants at the three day Vatican training course, the Pope noted that bishops must be both “teachers of the faith” but also those who learn from the needs and questions of men and women today…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-Festa ta’ Kristu Re u Għeluq tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2016, fis-6.00 p.m., ser tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika ta’ Kristu Re, li tagħlaq is-sena Liturġika tal-Knisja u l-Ġublew tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re ser tiġi ċċelebrata b’Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla f’għeluq il-Ġublew tal-Ħniena.

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube

  • 

  • Issieħeb minn hawn biex issegwi ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

  • San Luqa 20:27-40
    Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ ssa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal…

  • Kompli aqra »

Nocturnal Animals

  • ***

    Direttur: Tom Ford

    Atturi: Amy Adams, Jake Gyllenhaal, Michael Shannon, Aaron Taylor-Johnson, Isla Fisher, Armie Hammer, Laura Linney, Andrea Riseborough u Michael Sheen

    Ħin tal-Film: 116 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Susan Morrow tmexxi b’suċċess gallerija tal-arti ġewwa Los Angeles…

  • Kompli aqra »

Tagħmlux lil Alla “żero kbir” f’ħajjitkom – L-Arċisqof liż-żgħażagħ

  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill- adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Parroċċa Sant’Elena, Birkirkara
    13 ta’ Novembru 2016

    Fl-aħħar tad-dinja ser ikun hemm ħafna gwerer, ikun hemm anke taqlib fil-pajjiżi, terremoti, ikun hemm il-mard li jittieħed…

  • Kompli aqra »

“Il-Knisja f’Malta hija mpenjata li l-Kelma ta’ Kristu tissarraf dejjem f’kelma kompleta ta’ sbuħija u ta’ karità” – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof waqt l-Oratorju ‘Canticum Vitae’ fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Nhar il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda l-Oratorju ‘Canticum Vitae’ (L-Għanja tal-Ħajja), fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. L-Oratorju, li kien ċelebrazzjoni tal-Inklużjoni, kien esegwit tant tajjeb mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-kompożitur stess Mro. Hermann Farrugia Frantz, bi kliem miġbur mil-Bibbja minn Mons. Lawrence Gatt.

    F’kelmtejn tal-okkażjoni, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna irrefera għat-test  ta’ ‘Canticum Vitae’  minsuġ minn Mons Lawrence Gatt, ex-Direttur tad-Dar tal-Providenza…

  • Kompli aqra »

Servizz ta’ Talb Ekumeniku bi tħejjija għall-Avvent

  • Christians Together in Malta, il-Kunsill Ekumeniku Malti, qed jorganizza servizz ta’ talb ekumeniku bi preparazzjoni għall-Avvent. Is-servizz ser isir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016, fis-6:30 p.m., fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, Tal-Virtù. It-tema tas-servizz tat-talb hija “Ejja Mulej Ġesu Kristu, Ejja bħal dawl f’dinja mudlama”. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

  • Kompli aqra »

Il-Papa jitlob għall-paċi mal-mexxej tal-Knisja tal-Assirjani tal-Lvant

  • Pope Francis spoke on Thursday of the suffering of innocent victims caught up in the Syrian and Iraqi conflicts, saying that nothing can justify such terrible violence. His words came as he met with the head of the Assyrian Church of the East, Mar Gewargis III, who was making his first visit to the Vatican since being elected as Catholicos-Patriarch in September last year…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

  • San Luqa 19:45-48 (jew Mt 14:22-23)

    Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu…

  • Kompli aqra »