Arkivji mensili: April 2017

L-Isqfijiet jilqgħu l-ħatra ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jilqgħu l-ħatra mill-Papa Franġisku, ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Alessandro D’Errico. 

    L-Isqfijiet iwiegħdu lill-Arċisqof D’Errico t-talb tagħhom u tal-Insara f’Malta u Għawdex.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Grech jirringrazzjaw lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku, li llum huwa rtirat.


    ✠ Charles J…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Alessandro D’Errico jinħatar Nunzju Appostoliku ta’ Malta

  • IIlum, il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku ħatar lill‑Eċċellenza Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico, Arċisqof Titulari ta’ Carini u fil‑preżent Nunzju Appostoliku fil‑Kroazja, bħala Nunzju Appostoliku għal Malta.

    Mons. Alessandro D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l‑Italja, fit‑18 ta’ Novembru 1950. Ġie ordnat saċerdot fl‑24 ta’ Marzu 1974 u ħadem fid‑Djoċesi ta’ Aversa. Għandu Dottorat fil‑Filosofija.

    Huwa studja fl‑Akkademja Pontifiċja Ekklesjastika f’Ruma u ngħaqad mas‑Servizz Diplomatiku tas‑Santa Sede fil‑5 ta’ Marzu fl‑1977…

  • Kompli aqra »

Hi responsabbiltà tagħna li nipproteġu siti sagri mir-rebgħa tal-flus – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof waqt ir-raba' 'workshop' imtella' f'Malta minn The Delos Initiative

  • It-Tnejn, 24 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza ir-raba’ laqgħa f’Malta ta’ The Delos Initiative, li ffokat fuq il-ħarsien ta’ siti importanti u sagri, b’emfasi primarjament fuq l-Iżlam u reliġjonijiet oħra.
  • Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar tal-Irtir Porzjuncola, Baħar iċ-Ċagħaq

    24 ta’ April 2017

    It is a pleasure for me to address this workshop of the Delos Initiative and to welcome you all to Malta…

  • Kompli aqra »

Filmat: Il-Papa jitlob għall-umiltà u l-għaqda waqt diskors ta’ TED

  • Il-Papa Franġisku mar lil hinn mill-modi tradizzjoni ta’ kif Papa jwassal il-messaġġ tiegħu.  Din id-darba, il-Papa għażel li jitkellem waqt attività ta’ TED.

    Din hi l-ewwel darba li Papa qatt tkellem waqt TED.

    TED, hi għaqda mhux governattiva, iddedikata li twassal l-ideat tan-nies f’diskorsi qosra. Dik li fl-1984 bdiet bħala konfernza dwar it-teknoloġija, divertiment u d-disinn, illum jipprovdi diskorsi dwar suġġetti differenti u mingħand nies li ġejjin minn setturi diversi…

  • Kompli aqra »

Jinħeles il-patri Ġiżwita li nħataf fin-Niġerja

  • Inħeles Patri Samuel Okwuidegbe, il-patri Ġiżwita Niġerjan ta’ 50 sena li l-ġimgħa l-oħra nħataf minn grupp ta’ nies mhux magħrufa waqt li kien sejjer jagħmel irtir.

    Patri Samuel inħeles nhar is-Sibt 22 ta’ April u mhux magħruf ir-raġuni għaliex inħataf u nħeles.

    Il-ħtif sar fi triq li tgħaqqad Benin City ma’ Onitsha.

    Fl-aħħar snin għadd ta’ qassisin u reliġjużi nħatfu fin-Niġerja, l-aktar fin-nofsinhar tal-pajjiż, bil-għan li jieħdu somma flus minn fuqhom…

  • Kompli aqra »

L-10 pajjiżi bl-akbar ammont ta’ Kattoliċi

  • L-għaxar pajjiżi bl-iktar Kattoliċi, flimkien jammontaw għal aktar min-nofs il-Kattoliċi mifruxa mad-dinja kollha.

    Skont statistika maħruġa mill-Vatikan, dawn il-pajjiżi huma: il-Brażil (172.2 miljun), il-Messiku (110.9), il-Filippini (83.6), l-Istati Uniti (72.3), l-Italja (58.0), Franza (48.3), il-Kolombja (45.3), Spanja (43.3), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (43.2) u l-Arġentina(40.8).

    Sal-aħħar tas-sena 2015, kien hawn madwar 1,285 biljun Kattoliku. 

    Mid-dettalji miġbura, ħareġ li żdied in-numru ta’ Kattoliċi madwar id-dinja, minn 1,272 miljun fl-2014 għal 1,285 miljun fl-2015…

  • Kompli aqra »

“Importanti li jkollna ċittadini li jħobbu l-pajjiż, ikunu ddixxiplinati u jħobbu r-Repubblika” – L-Arċisqof lill-Iscouts u l-Girl Guides

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l-quddiesa annwali ta' ringrazzjament mal-Iscouts u l-Girl Guides

  • Nhar il-Ħadd, 23 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament mal-Iscouts u l-Girl Guides Movement biex jiċċelebraw ix-xogħol volontarju.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Istitut Kattoliku, il-Furjana

    23 ta’ April 2017

    L-ewwel nett nixtieq nawguralkom ħafna għal din il-ġurnata importanti fil-kalendarju tal-iscouts u tal-girl guides

  • Kompli aqra »

Il-Papa se jżur l-Eġittu b’karozza mingħajr protezzjoni

  • Fi ftit jiem oħra, il-Papa Franġisku se jibda t-18-il vjaġġ appostoliku tiegħu, din id-darba fl-Eġittu.

    Skont il-kelliem tal-Vatikan, Greg Burke, bħall-vjaġġi l-oħra tiegħu, il-Papa se juża karozza normali, jiġifieri mingħajr protezzjoni. Dan minkejja l-attakki terroristiċi li ġraw jiem ilu fuq il-komunitajiet Insara.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu mal-ġurnalisti, Burke stqarr li l-Papa jrid jgħaddi messaġġ pożittiv…

  • Kompli aqra »

Aħsbu f’tant nies li, bħal Tumas, ma jemmnux jekk ma jarawx – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina, f'San Pawl tat-Tarġa

  • Nhar il-Ħadd, 23 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Ħniena Divina tal-Mulej, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa

    23 ta’ April 2017

    “Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħidha fuq ġenbi: tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen” (Ġw 20, 27)…

  • Kompli aqra »

Tradott għall-Malti ktieb dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI

  • Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, 21 ta’ April 2017, saret it-tnedija tat-traduzzjoni bil-Malti tal-ktieb “L-Aħħar Taħdit”, ir-raba’ ktieb-intervista li sar mill-ġurnalist Peter Seewald mal-Papa Emeritu Benedittu XVI.   Il-ktieb ġie tradott minn Joseph Debono u waqt it-tnedija nqraw tliet siltiet; il-parti tal-ġurnalista Peter Seewald inqrat minn Vince Palmier waqt li t-tweġibiet tal-Papa Emeritu Benedittu XVI ġew interpretati mill-attur Mario Micallef.   Preżenti għas-serata l-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »