Arkivji mensili: April 2017

L-10 pajjiżi bl-akbar ammont ta’ Kattoliċi

  • L-għaxar pajjiżi bl-iktar Kattoliċi, flimkien jammontaw għal aktar min-nofs il-Kattoliċi mifruxa mad-dinja kollha.

    Skont statistika maħruġa mill-Vatikan, dawn il-pajjiżi huma: il-Brażil (172.2 miljun), il-Messiku (110.9), il-Filippini (83.6), l-Istati Uniti (72.3), l-Italja (58.0), Franza (48.3), il-Kolombja (45.3), Spanja (43.3), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (43.2) u l-Arġentina(40.8).

    Sal-aħħar tas-sena 2015, kien hawn madwar 1,285 biljun Kattoliku. 

    Mid-dettalji miġbura, ħareġ li żdied in-numru ta’ Kattoliċi madwar id-dinja, minn 1,272 miljun fl-2014 għal 1,285 miljun fl-2015…

  • Kompli aqra »

“Importanti li jkollna ċittadini li jħobbu l-pajjiż, ikunu ddixxiplinati u jħobbu r-Repubblika” – L-Arċisqof lill-Iscouts u l-Girl Guides

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l-quddiesa annwali ta' ringrazzjament mal-Iscouts u l-Girl Guides

  • Nhar il-Ħadd, 23 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament mal-Iscouts u l-Girl Guides Movement biex jiċċelebraw ix-xogħol volontarju.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Istitut Kattoliku, il-Furjana

    23 ta’ April 2017

    L-ewwel nett nixtieq nawguralkom ħafna għal din il-ġurnata importanti fil-kalendarju tal-iscouts u tal-girl guides

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

  • San Mark 16:15-20

    U Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Papa se jżur l-Eġittu b’karozza mingħajr protezzjoni

  • Fi ftit jiem oħra, il-Papa Franġisku se jibda t-18-il vjaġġ appostoliku tiegħu, din id-darba fl-Eġittu.

    Skont il-kelliem tal-Vatikan, Greg Burke, bħall-vjaġġi l-oħra tiegħu, il-Papa se juża karozza normali, jiġifieri mingħajr protezzjoni. Dan minkejja l-attakki terroristiċi li ġraw jiem ilu fuq il-komunitajiet Insara.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu mal-ġurnalisti, Burke stqarr li l-Papa jrid jgħaddi messaġġ pożittiv…

  • Kompli aqra »

Aħsbu f’tant nies li, bħal Tumas, ma jemmnux jekk ma jarawx – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina, f'San Pawl tat-Tarġa

  • Nhar il-Ħadd, 23 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Ħniena Divina tal-Mulej, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa

    23 ta’ April 2017

    “Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħidha fuq ġenbi: tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen” (Ġw 20, 27)…

  • Kompli aqra »

Tradott għall-Malti ktieb dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI

  • Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, 21 ta’ April 2017, saret it-tnedija tat-traduzzjoni bil-Malti tal-ktieb “L-Aħħar Taħdit”, ir-raba’ ktieb-intervista li sar mill-ġurnalist Peter Seewald mal-Papa Emeritu Benedittu XVI.   Il-ktieb ġie tradott minn Joseph Debono u waqt it-tnedija nqraw tliet siltiet; il-parti tal-ġurnalista Peter Seewald inqrat minn Vince Palmier waqt li t-tweġibiet tal-Papa Emeritu Benedittu XVI ġew interpretati mill-attur Mario Micallef.   Preżenti għas-serata l-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

  • San Ġwann 3:1-8

    Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu.” Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.”

    Qallu Nikodemu: “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? …

  • Kompli aqra »

“Ikkumparati mal-Ħniena, il-vjolenza u l-mibegħda ma jagħmlux sens” – Papa Franġisku

  • In his Angelus address in a sunny St Peter’s Square, Pope France recalled the Church tradition of calling the first Sunday after Easter “in albis”, an expression he said, meant to recall the rite of those who had received baptism in white on the Easter Vigil.

    The Pope went on to say that  in the Jubilee of Year of 2000, St John Paul II established that this particular Sunday was to be dedicated to Divine Mercy…

  • Kompli aqra »

Kif twieldet il-festa tal-Ħniena Divina?

  • Il‑festa tal‑Ħniena Divina tniżżlet fil‑kalendarju tal‑Knisja grazzi għall-Papa Ġwanni Pawlu II, li fl‑1992 ddeċieda li dil‑festa tibda tiġi ċċelebrata fl‑ewwel Ħadd ta’ wara l‑Għid, l‑hekk imsejħa “Domenica in albis”.


    X’inhu l‑orġini ta’ din il‑festa?

    Ġesù, skont id‑dehriet li Suor Fawstina kellha tiegħu fl‑1931 u li kitbthom fid‑djaru tagħha, qasam magħha x‑xewqa li l‑Knisja tfakkar din il‑festa: “Jien nixtieq li jkun hawn il‑festa tal‑Ħniena Divina…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

  • San Ġwann 20:19-31

    Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” 

    Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu  s-Santu…

  • Kompli aqra »