Nerfgħu r-responsabbiltà tagħna
Ittra Pastorali għall-Elezzjoni Ġenerali 2017
13/05/2017-
L‑Elezzjoni Ġenerali hi ġrajja importanti ħafna fil‑ħajja tas‑soċjetà Maltija. Se nagħżlu lil min se nafdaw it‑tmexxija ta’ pajjiżna fis‑snin li ġejjin.
Din hi responsabbiltà serja fuq spallejna li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata.
Hi responsabbiltà li titlob minna li nivvutaw skont il‑kuxjenza, li tfisser li quddiem Alla nagħrfu dak li hu veru u xieraq, u nagħżlu dak li hu tassew għall‑ġid komuni u għal soċjetà ġusta…