Is-Safeguarding Commission testendi s-servizzi tagħha fis-soċjetà
Rapport Annwali 2016
21/07/2017-
Il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) ser toffri s‑servizzi tagħha lill‑għaqdiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu mal‑minuri u li ma jiffurmawx parti mill‑Knisja. Dan bil‑għan li tkompli toħloq għarfien dwar il‑prevenzjoni mill‑abbuż u l-importanza ta’ ambjent sikur fil‑komunità. Dawn is‑servizzi jinkludu żvilupp ta’ policy ta’ ħarsien skont il‑ħtiġijiet tal‑entità, taħriġ lill‑ħaddiema u l‑voluntiera, risk assessments ta’ individwi li qed jaffaċċjaw allegazzjonijiet jew jinstabu ħatja ta’ abbuż, u kwalunkwe parir professjonali ieħor relatat mal‑prevenzjoni tal‑abbuż…