Arkivji mensili: Ottubru 2017

Kunu strument ta’ ġustizzja mingħajr ma tħarsu lejn l-uċuħ u mingħajr biża’ – L-Arċisqof lill-Forzi Armati ta’ Malta

Quddiesa f'Jum il-Forzi Armati ta' Malta

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    25 ta’ Ottubru 2017

    L-Ewwel Qari li smajna llum mill-ewwel ktieb ta’ Samwel (1 Sam 17, 1-10), jiddeskrivi l-preparamenti ta’ wieħed mill-iskontri l-iżjed famużi fit-Testment l-Antik: it-taqtigħa bejn Gulija, dan il-Filistin qawwi, twil u armat tajjeb, u David, li joħroġ f’isem Iżrael jirrispondi għall-arroganza ta’ Gulija u għall-prepotenza tiegħu bi żbandola b’ħames ċagħkiet…

  • Kompli aqra »

Organizzata f’Malta l-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara

  • Rappreżentanti tal-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara (ECCR) iltaqgħu f’Malta għal-laqgħa annwali bit-tema: “Iż-żgħażagħ u r-radjijiet tagħna fid-dinamika tas-Sinodu taż-Żgħażagħ”.

    Il-konferenza f’Malta, bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru 2017, ġiet organizzata minn Radju RTK.

    Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u jaqsmu l-esperjenza tagħhom tar-radjijiet Insara fil-pajjiżi rispettivi.

    L-ECCR hi magħmula minn aktar minn 650 stazzjon tar-radju fi 15-il pajjiż Ewropew, u l-għan tagħha hu li tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-umaniżmu Nisrani u l-ħidma ma’ awtoritajiet Ewropej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

  • San Luqa 12:39-48 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”.

    Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?”. Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? …

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati ta’ Malta

  • L-Erbgħa, 25 ta’ Ottubru 2017, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Quddiesa tibda fid-10:00 a.m.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • 
  • Kompli aqra »

Dak li jagħmlek omm tajba

  • Some encouragement for all the mothers who think they are constantly letting their children down.

    When my third baby, Liam, was a week old, I left him sleeping in the middle of the couch and went to the kitchen to make lunch for my other two kids, who were quietly coloring in their bedroom. Within seconds of starting to spread peanut butter across a slice of bread, I heard a floor-shaking thunk, followed by an agonizing moment of silence…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

  • San Luqa 12:35-38 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. 

    Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma!”…

  • Kompli aqra »

“Ejjew ma nibżgħux imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof f’għeluq il-ġimgħa mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Quddiesa fil-Knisja tal-Bidnija b'sufraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Familja Mqaddsa, il-Bidnija

    23 ta’ Ottubru 2017

    “Xejn la tibżgħu” (Lq 12, 7), do not be afraid, non avere paura. Dan huwa l-messaġġ ta’ Ġesù li jien nixtieq ngħaddi bħala r-ragħaj spiritwali ta’ Malta lill-poplu Malti kollu: “La tibżgħux”…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles…

  • Kompli aqra »

Nippromwovu l-ġid komuni u s-sitwazzjoni f’Malta

  • L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid komuni u staqsa jek il‑ġid li qed jinħoloq fis‑soċjetà tagħna hux qed joħloq disparità ekonomika, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li qed tikber id-differenza bejn is-setgħana u l-foqra.

    L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas ta’ dawk il‑membri l‑iktar dgħajfa tas‑soċjetà, hija aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li l-persuni li fl-2016 kieu fir-riskju ta’ faqar ammontaw għal 69,920, skont l-NSO…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku waqt l-Anġelus: Li tkun Nisrani fid-dinja

  • Pope Francis prayed the Angelus with pilgrims and tourists gathered in St Peter’s Square on Sunday.

    Addressing them ahead of the traditional prayer of Marian devotion, Pope Francis shared a reflection on the Reading from the Sunday Gospel, which this week came from St Matthew and contains the maxim, “Render unto Caesar what is Caesar’s, and render unto God what is God’s.”

    Pope Francis explained that the episode teaches us both the legitimacy of earthly authority and the primacy of God in human affairs and over all the universe…

  • Kompli aqra »