Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Diċembru 2017
30/11/2017-
Is‑Sibt 2 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Fleur‑de‑Lys.
Il‑Ħadd 3 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema. Fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.
L‑Erbgħa 6 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑iskejjel tal‑Knisja u tal‑istat fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…