Arkivji mensili: Novembru 2017

Aħna l-Insara msejħin biex niddefendu l-kultura tal-verità u tal-ħajja – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa ta' Kristu Re 2017

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera

    26 ta’ Novembru 2017

    Fil‑festa ta’ Kristu Re, aħna u nispiċċaw iċ‑ċiklu ta’ laqgħat flimkien meta nfakkru ta’ kull nhar ta’ Ħadd u ta’ kuljum il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù, f’din l‑aħħar ġimgħa taċ‑ċiklu ta’ laqgħat u ta’ talb u ta’ tifħir li aħna nsejħulu s‑sena liturġika, il‑ħsieb tagħna l‑Insara jmur fit‑tmiem taż‑żminijiet, fil‑milja taż‑żminijiet meta l‑Mulej Ġesù, l‑Iben il‑waħdieni tal‑Missier, qassis għal dejjem u sultan tal‑ħolqien kollu, itemm il‑misteru tal‑fidwa tal‑bnedmin…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Se nkunu ġġudikati fuq kemm inħobbu

  • In his Angelus address on Sunday, Pope Francis reflected on the last judgement, the subject of the day’s Gospel reading.

    He noted that this is the last Sunday of the liturgical year, the day on which the Church celebrates the Solemnity of Christ the King of the Universe. Christ’s kingship, he said, is one “of guidance and service, but it is also a kingship that at the end of time will be asserted in judgement.” The vision of the second coming of Christ, presented in the Gospel, introduces the final judgment, when all of humanity will appear before Him, and Jesus, exercising His authority, will separate one from another, “as the shepherd separates the sheep from the goats.”

    Pope Francis recalled the criteria that Jesus says will be the foundation of His judgment: “What you did for the least of my brothers, that you did on to me.” This sentence, the Pope said, “never fails to strike us, because it reveals to us” the end to which God is willing to go on account of His love for us…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

  • San Luqa 21:1-4 

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju.

    U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.

    Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re 2017

  • Waqt iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa solenni ta’ Kristu Re u l-għeluq tas-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar is-seba’ valuri tas-saltna ta’ Alla: il-verità, il-ħajja, il-qdusija, il-grazzja, il-ġustizzja, l-imħabba u s-sliem. Huwa appella lill-Insara sabiex jgħixu u japplikaw dawn il-valuri fil-ħajja ta’ kuljum. Fid-dawl ta’ dak kollu li qed jiġri madwarna, l-Arċisqof saħaq li bħala Nsara ma nistgħux inċedu għall-kultura fejn il-verità mhijiex aktar kriterju tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna jew tal-governanza…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Festa ta’ Kristu Re 2017

  • Illum il-Ħadd, 26 ta’ Novembru 2017, fil-5:00 p.m, ser tiġi ċċelebrata l‑festa liturġika ta’ Kristu Re b’Ċelebrazzjoni Djoċesana fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Matul iċ‑ċelebrazzjoni ser tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar) u qabel il-Barka Sagramentali, Mons. Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il-festa importanti għall-Insara. 
  • Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fuq YouTube
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Novembru

  • Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità

    San Mattew 25:31-46 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

    Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu: “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-Assemblea Djoċesana 2017 tiġi fi tmiemha bil-messaġġ tal-Arċisqof

  • F’għeluq l-Assemblea Djoċesana 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-ħtieġa li n-Nisrani jilqa’ u jxandar il-Kelma ta’ Ġesù biex din issir dawl għas-soċjetà tal-lum u tieħu l-ħajja bl-eżempju ta’ tjubija, ġustizzja u verità.

    It‑tema tal-Assemblea ta’ din is‑sena kienet ‘L‑Evanġelizzazzjoni u d‑Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi’.

    Mons. Arċisqof saħaq li magħquda flimkien, l-evanġelizzazzjoni u s-servizz tad-djakonija jwasslu lill-Insara biex ikunu “ulied id-dawl u mhux ulied id-dlam”…

  • Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2017: Id-Djakonija

  • It-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana kompliet illum, is-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017, bil-preżentazzjoni tal‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, dwar proposta ta’ azzjoni għat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑soċjetà u proġetti pilota ġodda f’dan il‑qasam. Dan bħala t‑tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed jitħejja, u fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

  • San Luqa 20:27-40 

    F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”.

    Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal…

  • Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2017: L-Evanġelizzazzjoni

  • Fl-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana 2017, il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru, il-Vigarju Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ippreżenta proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin, bħala parti mill‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed isir bħalissa.

    Il-punti ewlenin tal-proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni:

    1. Perspettiva Biblika: Esdra u Neħemija quddiem sitwazzjoni ta’ poplu konfuż u mitluf, riedu jagħtuh lura l-identità vera tiegħu…
  • Kompli aqra »