Arkivji mensili: Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Diċembru

  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

    San Luqa 1:26-38 

    F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.

    Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej qed jistedinna biex infittxuh qalb il-geġwiġija tal-Milied” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjoċesi ta' Malta

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    22 ta’ Diċembru 2017

    Għeżież, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u tal-fatt li b’mod ġentili ħafna li napprezza, aċċettajtu l-istedina tiegħi li niltaqgħu flimkien u nawguraw lil xulxin. Nispera li ħadt b’idejn kulħadd, forsi anke darba, darbtejn, għax f’ġimagħtejn inħawwad jekk sellimtx lil kulħadd…

  • Kompli aqra »

JRS Malta tniedi pubblikazzjoni dwar l-aħjar prattiċi għall-prevenzjoni tar-razziżmu u l-ksenofobja

  • I Get You: Refugees and citizens together against racism and xenophobia

    Community building initiatives, which bring people together to share experiences and get to know each other, promote the social inclusion of forced migrants and counter racism and xenophobia in society.
    This is the main conclusion of ‘I Get You’, a project led by JRS Europe, with national partners in eight countries, which mapped and evaluated civil society initiatives to learn from them how best to help refugees to rebuild their lives, while strengthening the community…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:57-66 

    F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

    Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”. Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek”…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada s-Sibt, 23 ta’ Diċembru 2017, sat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018 (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arcisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa.

    Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Jannar 2018. 

  • Kompli aqra »

Għaliex immorru l-Quddiesa l-Ħadd?

  • Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

    Nerġgħu naqbdu l-mixja ta’ katekeżi fuq il-Quddiesa, u llum nistaqsu lilna nfusna: Għaliex immorru l-Quddiesa l-Ħadd?

    Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tal-Ħadd hi fil-qalba tal-ħajja tal-Knisja (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2177). Aħna l-Insara mmorru l-Quddiesa l-Ħadd biex niltaqgħu ma’ Kristu Rxoxt, jew aħjar, biex inħallu lilu jiġi jiltaqa’ magħna, nisimgħu kelmtu, insostnu ruħna mill-mejda tiegħu, u hekk insiru Knisja, jiġifieri l-Ġisem mistiku ħaj tiegħu fid-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:46-55 

    F’dak iż-żmien, qalet Marija:

    “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,

    għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

    Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

    qaddis hu l-isem tiegħu.

    Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jressaq 27 kandidati pass eqreb għall-qdusija

  • Pope Francis took 27 men and women a step closer to sainthood.  The Pope received Card. Angelo Amato, the Prefect of the Congregation for the Causes of Saints and authorized him to promulgate 12 decrees regarding 22 men and 5 women from as many as 8 nations.  They concern 3 miracles, a martyrdom and 8 heroic virtues.  Nineteen candidates, including 3 miracles and the martyrdom of 16,  have been cleared for Beatification, the penultimate stage before Canonization or sainthood…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:39-45 

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta.

    Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »