“Il-madmad ta’ Ġesù hu dak li jtik id-direzzjoni u l-għajnuna biex meta tħossok qed togħtor hemm xi ħadd marbut miegħek bl-istess madmad li se jsostnik” – L-Arċisqof lil Dun Brian Gialanzè
Quddiesa tal-pussess tal-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Kalkara
10/07/2017- L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
9 ta’ Lulju 2017
“L-ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom” (Rum 8, 9). Din hija kelma qawwija ħafna tal-appostlu Missierna San Pawl. Qed jikteb lir-Rumani qabel ma jibda jgħix hemmhekk fl-aħħar jiem ta’ ħajtu. Kif nafu, Ruma huwa l-post fejn il-Mulej isejjaħlu biex jagħti l-aqwa xhieda tal-imħabba u l-fidi tiegħu bil-mewt ħarxa tal-martirju…