Yearly Archives: 2017

Ma nistgħux ninsew l-assedji li qed iħabbtuna llum: id-droga u l-prostituzzjoni – L-Arċisqof lejlet il-festa tal-Bambina fl-Isla

Quddiesa Pontifikali lejlet il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija, fil-Bażilika tal-Isla.

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l-Isla

    7 ta’ Settembru 2017

    Qegħdin infakkru t-twelid ta’ mara. Ħadt pjaċir nisma’ r-rapport tad-diskors li l-Pro-Rettur tal-Università, Carmen Sammut, għamlet fl-okkażjoni ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru, ta’ Jum il-Vitorja, tal-Bambina, fejn appellat biex is-soċjetà tagħna tiżviluppa u tikber fl-għarfien ta’ rwol importanti tal-mara, u bħalma hija wkoll ix-xewqa tal-Gvern tar-Repubblika, in-nisa jkollhom sehem akbar fil-ħajja tal-pajjiż u fit-tmexxija tal-istituzzjonijiet tagħna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

  • Festa – It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija 

    San Mattew 1:1-16.18-23

    Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan…

  • Kompli aqra »

“L-ulied jibqgħu dejjem don, la dritt u lanqas xi ħaġa li tixtriha bil-flus” – L-Arċisqof fin-Naxxar

Quddiesa fin-Novena tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Knisja tan-Naxxar

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    6 ta’ Settembru 2017  

    Fuq il-kwadru titulari ta’ din il-parroċċa antika, arċipretali, hemm dawn il-kelmiet bil-Latin: quasi aurora consurgens. Dawn ifakkruna li fl-innijiet l-iżjed antiki li jiċċelebraw it-twelid ta’ Omm il-Feddej, din il-festa antika ħafna kienet bħas-sebħ li jagħti lill-Insara s-sinjal li dalwaqt jaraw ix-xemx tiela…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

  • San Luqa 5:1-11

    Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

  • San Luqa 4:38-44

    F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

    Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom…

  • Kompli aqra »

Madre Tereża se tiġi ddikjarata ko-patruna tal-Arċidjoċesi ta’ Kalkutta

  • As the first anniversary of the sainthood of Mother Teresa of Kolkata was marked on Monday, the Archdiocese of Calcutta, in eastern India, is set to declare her as its co-patron.  “On 6 September we will have at 5.30 pm a Holy Mass in the Cathedral (of the Most Holy Rosary) and the Archbishop is going to declare Mother Teresa as co-patroness of the Archdiocese,” IANS reported Sister Prema, Superior-General of the Missionaries of Charity of Mother Teresa, as saying on September 4.   

    Sister Prema made the declaration at the inauguration of a two-day exhibition of paintings and sculptures on Mother Teresa organized in Kolkata, formerly Calcutta, by the Indian National Forum of Art and Culture in association with the Indian Council for Cultural Relations (ICCR) and Church Art to commemorate the first anniversary of the Nobel laureate’s canonization, Sept…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

  • San Luqa 4:31-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

    U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? …

  • Kompli aqra »