Yearly Archives: 2017

“Nirringrazzjaw lill-Mulej għax fl-Ewkaristija tana nutriment spiritwali għall-ħajjitna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-Maestro di Cappella tal-Katidral

  • Fl‑okkażjoni tal‑inawgurazzjoni uffiċjali tal‑Maestro di Cappella l‑ġdid tal‑Katidral, il‑Maestro Hamish Dustagheer ta kunċert fuq l‑orgni, fil‑KonKatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, nhar is‑Sibt, 17 ta’ Ġunju 2017.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

    17 ta’ Ġunju 2017

    “Min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem” Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li biha l-Knisja, din is-sena, tfakkar u tiċċelebra l-misteru kbir tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, f’ħafna mumenti u għal ħafna drabi ssemmi l-ħajja…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Emigranti tappella lin-nies biex ifittxu b’ħeġġa li jifhmu dejjem aħjar il-karba tar-refuġjati

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati 2017 (20 ta’ Ġunju), it-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tappella lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex ifittxu b’ħeġġa li jifhmu dejjem aħjar il-karba tar-refuġjati u jtejbu r-rispons xieraq tagħhom għall-isfida ta’ solidarjetà umana li tfisser il-vulnerabilità ta’ bnedmin bħal dawn.

    Bħalissa fid-dinja hawn iżjed persuni maqtugħin minn għeruqhom minħabba konflitti jew persekuzzjoni minn kwalunkwe żmien ieħor wara t-Tieni Gwerra Dinjija…

  • Kompli aqra »

Il-5 proposti tal-Papa Franġisku għall-Jum ir-Refuġjati

  • Minkejja li għad hemm ħafna mistoqsijiet u anke emozzjonijiet dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-Papa Franġisku minn dejjem kien konsistenti fi ħsibijietu: li għandna nindirizzaw malajr din il-problema, hi responsabbiltà u dover ta’ kull ċittadin, li għandna nilqgħu lir-refuġjati u nuru mħabba u ospitalità.   Filfatt, fl-ewwel zjara tiegħu bħala Papa f’Lampedusa, meta fakkar il-vittmi tal-immigrazzjoni, il-Papa tkellem dwar “il-globalizzazzjoni tal-indifferenza”. Minn dakinhar ‘il quddiem kemm-il darba tkellem favur il-persuni li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerer u inġustizzji…
  • Kompli aqra »

“Bħala individwi u soċjetà ejjew ma nkejlux ħajjitna fuq il-bread and butter issues” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi)

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    18 ta’ Ġunju 2017

    “Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, imma b’dak kollu li joħroġ minn fomm il-Mulej” (Mt 4, 4), b’dan jgħix il-bniedem.

    Fid-dinja tal-lum dawk li jissejħu bread and butter issues donnhom jiddeċiedu l-aġenda u l-prijoritajiet ta’ ħafna pajjiżi…

  • Kompli aqra »

Refuġjat fi Franza jiġi Malta biex jara lil bintu għall-ewwel darba

  • Wara sentejn ‘il bogħod minn martu u minn bintu li qatt ma ra, Gnagbo Maxime Ani, missier mill-Kosta tal-Ivorju, reġa’ ngħaqad mal-familja li tinsab f’Malta.

    Gnagbo Maxime Ani, flimkien ma’ martu, Ester Mohiri Zepre, li kienet qed tistenna tarbija, fit-2 ta’ April 2015, kienu fost grupp ta’ migranti li qasmu b’dgħajsa mil-Libja għall-Ewropa. Waqt il-vjaġġ, feġġew ċirkustanzi li minħabba fihom Ester ġiet elevata b’ħelikopter u mwassla l-Isptar Mater Dei, f’Malta…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fil-Mellieħa

L-Arċisqof jamministra l-għoti tas-Sagrament tal-Griżma lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Mellieħa

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Mellieħa

    3 ta’ Ġunju 2017

    Illum, fis-Salm Responsorjali, mis-Salm 50, tlabna din it-talba: “Oħloq fija qalb safja, O Alla, u spirtu qawwi ġedded fija. La twarrabnix minn quddiemek, tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek” (vv.12-13). Din it-talba, għeżież żgħażagħ ta’ din il-parroċċa għażiża u antika, aħna, jiġifieri il-parrinit u l-ġenituri tagħkom, il-ħbieb u l-familja li qegħdin hawn, illum din it-talba nagħmluha għal kull wieħed u waħda minnkom…

  • Kompli aqra »

Baywatch

  • ***

    Direttur:          Seth Gordon

    Atturi:              Dwayne Johnson, Zac Efron, Alexandra Daddario, David Hasselhoff,  PrIyanka Chopra, Kelly Rohrbach u John Bass

    Ħin tal-Film:    116 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

     

    Fil-Bajja Emerald, ġewwa Florida, Lt. Mitch Buchannon u t-tim tiegħu ta’ lifeguards, li fosthom kien hemm Stephanie Holden u l-veteran C.J…

  • Kompli aqra »

My Cousin Rachel

  • ***

    Direttur:          Roger Michell

    Atturi:              Rachel Weisz, Sam Claflin, Iain Glen, Holliday Grainger, Andrew Knott, Poppy Lee Friar, Katherine Pearce u Simon Russel Beale

    Ħin tal-Film:    106 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15


    Ambrose Ashley, proprjetarju ta’ estate kbir qrib Cornwall, hu l-kuratur ta’ Phililp, il-kuġin tiegħu minħabba li kien għadu taħt l-età…

  • Kompli aqra »

L-inawgurazzjoni tal-Maestro di Cappella tal-Katidral

  • c

    Is‑serata ta’ inawgurazzjoni tibda fis‑6:00 p.m. b’quddiesa ċċelebrata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara l-Quddiesa jsir il‑kunċert mill‑Maestro di Cappella, b’repertorju li jikkonsisti f’siltiet ta’ mużika klassika mill‑kompożituri Johann Sebastian Bach, Felix Mendelssohn, Gabriel Pierne u Julius Reubke.

    Il-Maestro Hamish Dustagheer, pjanista u organista, twieled fl‑1992 u studja fir‑Royal College of Music ta’ Londra. Fl‑2016, Dustagheer temm b’suċċess kors post‑graduate mill‑Università ta’ Oxford, fejn gradwa b’Master fil‑Filosofija fil‑Mużika minn New College…

  • Kompli aqra »

Il-bank tal-Vatikan jippubblika r-rapport finanzjarju annwali

  • Il-bank tal-Vatikan ippubblika r-rapport finanzjarju għas-sena 2016, u rriżulta li għamel qligħ nett ta’ €36 miljun.

    Din iċ-ċifra hi aktar mid-doppju tas-sena 2015, meta l-bank kien għamel qligħ ta’ €16-il miljun.  Stqarrija maħruġa lbieraħ mill-Bank stess tgħid li “l-investimenti tal-bank tal-Vatikan ġew amministrati b’kawtela u dan fid-dawl li s-sena 2016 kienet sena kkaratterizzata minn inċertezza politika internazzjonali, votalità għolja u ratti baxxi ta’ interessi.”

    Matul l-2016, il-bank tal-Vatikan qeda madwar 15,000 klijent minn madwar id-dinja kollha, li bejniethom, fdaw lill-Bank mal-€5.7 biljun f’assi…

  • Kompli aqra »