Il-Papa dwar l-Arċisqof Scicluna: “wieħed mill-aktar persuni sodi kontra l-abbużi sesswali fil-Knisja”
15/05/2017-
Waqt il-konferenza stampa abbord l-ajruplan lura mill-vjaġġ appostoliku ġewwa Fatima, il-Papa Franġisku ġie mistoqsi fuq diversi suġġetti, fosthom dwar il-proċess tal-każi tal-abbużi sesswali minn qassisin.
Il-Papa qal li sabiex jitħaffu l-każijiet, ħoloq tribunal ieħor u ddeċieda li jitmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. Hawnhekk, il-Papa faħħar lill-Arċisqof Scicluna għal mod kif jimxi f’dawn il-każi, u ddeskrivieh bħala “wieħed mill-aktar persuni sodi kontra l-abbużi sesswali fil-Knisja.”
Fit-tribunal immexxi mill-Arċisqof Scicluna, l-individwu “li jkun għamel rikors għandu dritt għal avukat difensur…