Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Mejju

  • Tlugħ il-Mulej fis-Sema

    San Mattew 28:16-20

    F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.

    Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:23b-28 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

    Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.

    Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla…

  • Kompli aqra »

Aktar Insara Kopti massakrati fl-Eġittu

  • Minn tal-inqas 26 Insara Kopti ġew attakki u maqtula minn irġiel armati fl-Eġittu.

    L-Insara kieu qed jivvjaġġaw fuq karozza tal-linja fi triqithom lejn il-Monasteru ta’ San Samwel li jinsab madwar 220 kilometru fin-Nofsinhar tal-Kajr. Skont in-New York Times, ħafna mill-vittmi huma tfal, u tlieta biss irnexxielhom isalvaw mill-massakru.

    Il-Ministeru Eġizzjan tas-Saħħa qal li kien hemm bejn 8 u 10 aggressuri, kollha lebsin uniformi militari…

  • Kompli aqra »

Seminarista li darba salva l-Ewkaristija mill-ISIS isir saċerdot

  • Martin Baani was just 24 years old when he risked his life as a seminarian to rescue the Blessed Sacrament from the imminent invasion of Islamic State terrorists in his hometown.

    Now, he is returning to his native village as a priest, ready to serve the people through the Eucharist.

    On August 6, 2014, Baani received a call from a friend who warned that a nearby village had fallen into the hands of ISIS, and that his hometown of Karamlesh would be next…

  • Kompli aqra »

“Nemmnu fid-dinjità ta’ kull bniedem” – L-Arċisqof lit-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-Istitut Helen Keller

L-Arċisqof jamministra s-Sagramenti lit-tfal u adolexxenti li jattenduċ-Ċentru tar-Riżorsi Helen Keller fil-Qrendi

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-għoti tas-Sagramenti, Istitut Helen Keller, il-Qrendi

    24 ta’ Mejju 2017

    L-ewwel nett nixtieq  nifraħ lil  kull min se jirċievi s-Sagrament tal-Magħmudija, min se  jirċievi l-Griżma tal-Isqof u lil min se jirċievi lil Ġesù għall-ewwel darba fil-qalb tiegħu.

    Kelma lill-kbar: tistaqsuni,“fir-ruħ ta’ dawn uliedna, x’se jseħħ?” Iseħħ dak li jrid il-Mulej, il-qawwa tal-Mulej tidħol fir-ruħ ta’ wliedkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:20-23a

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja.

    Hekk intom, issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom…

  • Kompli aqra »

King Arthur: Legend of the Sword

  • ****

    Direttur:          Guy Ritchie

    Atturi:              Charlie Hunnam,  Astrid Frisbey DjimonHousou, AidanGillen, JudeLaw, EricBana, Mikael Persbrandt u Lorraine Bruce

    Ħin tal-Film:    126 min

    Maħrġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Mordred, saħħar korrott, bl-armata tiegħu jassedja Camelot biex b’hekk jkun jista’ jiddomina permezz ta’ maġija, l-umanità kollha…

  • Kompli aqra »

Imut Dun Ġużepp, l-iktar saċerdot anzjan f’Malta

  • Dun Joseph Borg Micallef, magħruf aktar bħala Dun Ġużepp, miet nhar it-Tieta li għadda, 23 ta’ Mejju 2017, fl-età ta’ 94 sena.

    Dun Ġużepp twieled fl-14 ta’ Diċembru 1922 u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ April 1949.

    Hu kien l-iktar saċerdot anzjan f’Malta u fl-aħħar snin kien jgħix fid-Dar tal-Kleru.

    F’Ħamis ix-Xirka filgħodu, flimkien mas-saċerdoti tad-Djoċesi, Dun Ġużepp kien preżenti għall-Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

250,000 tifel u tifla rrappurtati nieqsa kull sena fl-UE

  • Bħal-lum, kull 25 ta’ Mejju, jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tat-Tfal Irrappurtati Nieqsa. Fl-Unjoni Ewropea, 250,000 tifel u tifla jiġu rrappurtati nieqsa kull sena, jiġifieri tifel kull żewġ minuti. Lil min iċċempel f’każ ta’ għajnuna? Madwar l-Ewropa nħoloq in-numru telefoniku 116 000, li hu aċċessibbli minn 31 pajjiż, inkluż Malta.

    Din il-hotlline tipprovdi għajnuna emozzjonali, psikoloġika, soċjali, legali u amministrattiva 24 siegħa kuljum…

  • Kompli aqra »

Se jibda r-restawr fuq il-faċċata tal-knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun

  • Fil-jiem li ġejjin se tibda l-ewwel fażi tar-restawr tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun, bir-restawr tal-faċċata tal-ġenb tal-knisja Arċipretali li hija n-naħa li tħares fuq Misraħ Gregorio Bonnici.

    Dan il-proċess ta’ restawr fuq il-faċċata tal-ġenb tal-Knisja mistenni jieħu erba’ xhur.

    Il-konservazzjoni u r-restawr ta’ din il-faċċata tal-knisja li tagħti għal fuq Misraħ Gregorio Bonnici hu stmat li se jiswa b’kollox €116,812.92 u se jitħallas minn fondi tal-Gvern ċentrali…

  • Kompli aqra »