Yearly Archives: 2017

Il-Papa dwar l-Arċisqof Scicluna: “wieħed mill-aktar persuni sodi kontra l-abbużi sesswali fil-Knisja”

  • Waqt il-konferenza stampa abbord l-ajruplan lura mill-vjaġġ appostoliku ġewwa Fatima, il-Papa Franġisku ġie mistoqsi fuq diversi suġġetti, fosthom dwar il-proċess tal-każi tal-abbużi sesswali minn qassisin.

    Il-Papa qal li sabiex jitħaffu l-każijiet, ħoloq tribunal ieħor u ddeċieda li jitmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. Hawnhekk, il-Papa faħħar lill-Arċisqof Scicluna għal mod kif jimxi f’dawn il-każi, u ddeskrivieh bħala “wieħed mill-aktar persuni sodi kontra l-abbużi sesswali fil-Knisja.”

    Fit-tribunal immexxi mill-Arċisqof Scicluna, l-individwu “li jkun għamel rikors għandu dritt għal avukat difensur…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:21-26

    Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

    Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”

    Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »

Francisco u Giacinta: l-iżgħar qaddisin mhux martri

  • Qabel il-Quddiesa ta’ kanonnizzazzjoni, il-Papa Franġisku ltaqa mal-Prim mInistru Portugiż, u wara kompla lejn is-Santwarju ta’ Fatima. Hemmhekk żar l-oqbra taż-żewġ ragħajja, u talab għal Francisco u Giacinta.    Iċ-ċerimonja bdiet billi l-Papa ddikjara qaddisin liż-żewġ aħwa, bil-folla ta’ aktar minn 500,000 pellegrin infexxet f’ċapċipa waħda: “Niddikkjara lill-Beati Francisco u Giacinta, qaddisin”, qal il-Papa.    Waqt ir-rit, il-familja ta’ Lucas, it-tifel li rċieva miraklu bl-interċessoni tal-aħwa Marto, telgħu bl-offerti…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:1-12

    “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.”

    Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer…

  • Kompli aqra »

Nerfgħu r-responsabbiltà tagħna

Ittra Pastorali għall-Elezzjoni Ġenerali 2017

  • L‑Elezzjoni Ġenerali hi ġrajja importanti ħafna fil‑ħajja tas‑soċjetà Maltija. Se nagħżlu lil min se nafdaw it‑tmexxija ta’ pajjiżna fis‑snin li ġejjin.

    Din hi responsabbiltà serja fuq spallejna li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata.

    Hi responsabbiltà li titlob minna li nivvutaw skont il‑kuxjenza, li tfisser li quddiem Alla nagħrfu dak li hu veru u xieraq, u nagħżlu dak li hu tassew għall‑ġid komuni u għal soċjetà ġusta…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku ġo Fatima: 600,000 xemgħa jixegħlu lejl ta’ talb għall-paċi u l-konverżjoni

  • Flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini, il-Ġimgħa filgħaxija, ftit sigħat biss wara li wasal ġo Fatima biex ifakkar il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna lit-tliet itfal ragħajja, il-Papa Franġisku rreċita r-rużarju b’lingwi differenti.

    L-ewwel beda bl-Għarbi, imbagħad kompla bl-Ispanjol u l-Ukren, bit-Taljan u ċ-Ċiniż, bl-Ingliż u l-Franċiż u bil-Ġermaniż u l-Pollakk.

    Matul ir-rużarju, il-Papa kien bilqiegħda quddiem l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima, taħt baldakkin li jgħatti l-Kappella tad-Dehriet, fejn il-Ġimgħa stess, il-Papa ħalla warda tad-deheb bħala rigal lill-Madonna…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar żewġ kappillani għall-Parroċċi tal-Kalkara u ta’ Raħal Ġdid (Ta’ Lourdes)

  • Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Kalkara
    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Brian Gianlanzè bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.

      Dun Brian Gianlanzè twieled fit‑30 ta’ Jannar 1974. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ Birżebbuġa, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liceo Vassalli, Tal‑Ħandaq, u kompla jistudja fil‑Pre‑Vocational School Health Care u fl‑Istitut għall‑Kura tas‑Saħħa. Kompla bl‑edukazzjoni terzjarja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta, fejn studja wkoll it‑Teoloġija Pastorali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

  • Il-Madonna ta’ Fatima

    San Ġwann 14:7-14 

    Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.”

    Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”

    Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? …

  • Kompli aqra »

Live: Poloz tal-Għażla tal-Applikanti għall-Kindergarten 1 – Dħul 2017

  • Live streaming tal-Polza tal-Għażla tal-applikanti għall-Kindergarten 1 Subien nhar is-Sibt, 13 ta’ Mejju 2017, fis-Seminarju tal-Arċisqof ir-Rabat. Il-Polza tal-Għażla Subien tibda fid-9.00 a.m.

  • Watch ‘Live’ on YouTube
  • Live streaming tal-Polza tal-Għażla tal-applikanti għall-Kindergarten 1 Bniet nhar is-Sibt, 13 ta’ Mejju 2017, fis-Seminarju tal-Arċisqof ir-Rabat. Il-Polza tal-Għażla Bniet tibda fil-11.15 a.m.

  • Watch ‘Live’ on YouTube
  •  Idħol fil-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta u agħfas il-buttuna Subscribe biex iżżomm ruħek aġġornat…

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan jitlob li jiġu pprojbiti għal kollox l-armi nukleari

  • Diplomatiku tal-Vatikan saħaq li l-Knisja Kattolika taqbel mija fil-mija li jkun hawn “projbizzjoni totali” tal-armi nukleari, u kkritika n-negozjati li qed jieħdu fit-tul sabiex ma jkunx hemm tixtrid ta’ armi fuq livell internazzjonali.

    “L-armi nukleari jipprovdu sens faz ta’ sigurtà, għaliex jagħmlu sforzi biex jiżguraw paċi negattiva permezz ta’ bilanċ tal-poter,” qal l-Arċisqof Janusz Urbanczyk, li jirrappreżenta lis-Santa Sede fl-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa, li hi ffurmata minn 57 pajjiż…

  • Kompli aqra »