Arkivji mensili: Jannar 2018

“San Gejtanu jagħżel it-triq tal-ubbidjenza, tal-umiltà, tal-eżempju: jagħżel it-triq tax-xhieda” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-tieni dehra mistika ta’ San Gejtanu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun

    6 ta’ Jannar 2018      

    “Wasal il-waqt li nqum u naqtagħha, jew inbaxxi rasi u nerġa’ lura minn dak li qed nagħmel għaliex xejn ma jistħoqqli, jew ngħożż bl-umiltà kollha u nħaddem ir-rebħa t-teżor li ħalla f’idejja u hekk inkun il-qaddej tas-sid umli tiegħi.” Dan il-kliem San Gejtanu kitbu lill-omm spiritwali tiegħu li kien isejħilha ommu, is-Soru Laura Mignani, soru Agostinjana fi Brescia, f’ittra tat-28 ta’ Jannar 1518…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

  • San Mark 1, 21b-28 

    F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

    Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa jgħid lill-Insara biex jiċċelebraw il-jum tal-magħmudija tagħhom

  • Pope Francis has invited all Christians to mark the date of their Baptism and to celebrate it as the day when the Lord gave them the Holy Spirit to guide them in their lives.

    The Feast of the Baptism of the Lord

    The Pope was addressing the crowds gathered in St. Peter’s Square for the Sunday Angelus immediately after having baptized 34 babies in the Sistine Chapel, an annual event that marks the feast day of Jesus’ Baptism in the River Jordan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

  • Il-Magħmudija tal-Mulej

    San Mark 1:7-11 

    F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battistakien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu”.

    U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi”…

  • Kompli aqra »

“Fis-saċerdożju l-kewkba li twasslek għand Ġesù hija l-kewkba tal-ubbidjenza, u nassigurakom li l-ubbidjenza ġġiegħlek tmur f’tant postijiet differenti” – L-Arċisqof fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej

L-Arċisqof jilqa' erba' seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju: Osmar Baldacchino (Siġġiewi), David Borg (Ħaż-Żabbar), Christopher Bugeja (Rabat) u Jonathan Debattista (Ħal Tarxien).

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    7 ta’ Jannar 2018 

    Il-Papa Franġisku lbieraħ offra meditazzjoni sabiħa fuq l-Evanġelju li għadna kemm smajna (Mt 2, 1-12). Jiena nixtieq nissuġġerixxi li naqraw ftit x’qal il-Papa. Hemm xi ħsibijiet li verament laqtuni u li nixtieq naqsamhom magħkom f’din il-festa solenni tal-Epifanija…

  • Kompli aqra »

10 persuni li fl-2017 taw ħajjithom lill-proxxmu

  • Who are the Mother Teresa of Calcuttas of our time? Who are the witnesses of charity and unconditional love for others, particularly for the most needy?

    In this year, 2017, as in the last two millennia, men and women of different Christian confessions have given their lives unto death for others, or have dedicated themselves to spreading God’s love with their selfless daily giving to the most needy…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Jannar

  • L-Epifanija tal-Mulej

    San Mattew 2:1-12 

    Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”.

    Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof waqt il-funeral tal-Isqof Adeodato Micallef: “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal!” (Is 60,1)

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    6 ta’ Jannar 2018

    “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej” (Is 60, 1). Dan il-kliem ta’ faraġ minn kapitlu 60 tal-Ktieb tal-Profeta Isaija, jitħabbar ta’ kull sena fil-festa solenni tal-Epifanija tal-Mulej. Tħabbar ukoll fl-Epifanija tal-1982, meta San Ġwanni Pawlu II ordna lill-Isqof Francis Adeodato bħala Isqof…

  • Kompli aqra »

Xi jfisser l-isem ‘Ġesù’?

  • A brief history behind the name that forever changed the world.

    St Paul writes in his letter to the Philippians, “At the name of Jesus every knee should bow, in heaven and on earth and under the earth” (2:10). Christians have always believed that the name of Jesus is a powerful one, but many are not familiar with the meaning behind it…

  • Kompli aqra »