Ħtieġa ta’ masterplan għall-Marsa u ż-żona tal-Port il-Kbir
Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent
26/01/2018-
Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tagħraf l‑opportunitajiet u, fl‑istess ħin, l‑isfidi li qed tiffaċċja ż‑żona tal‑port, l‑aktar il‑Marsa. Għaldaqstant, tissuġġerixxi li tiġi adottata viżjoni aġġornata u li jsir masterplan ibbażat fuq proċess serju ta’ konsultazzjoni pubblika għal din iż‑żona. Dan għandu jwassal lil dawn l‑inħawi biex jilħqu l‑potenzjal tagħhom b’mezzi li jkunu sostenibbli mill‑aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiku, fl‑aħjar interess ta’ kulħadd…