Arkivji mensili: Jannar 2018

Ritratti: L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti u l-istaff tal-iskola tas-Seminarju


  • L-Erbgħa, 17 ta’ Jannar 2018, l-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof iċċelebrat Jum l-Iskola, iddedikat lil San Pawl, il-patrun tal-iskola. Fil-bidu tal-ġurnata l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-istudenti tad-disgħa, l-għaxar u l-ħdax-il sena.

    Waqt diskussjoni mal-Arċisqof, l-istudenti ddiskutew kif iż-żgħażagħ llum jista’ jkollhom il-kuraġġ li jwasslu l-aħbar it-tajba fil-postijiet fejn ikunu. L-istess tema ġiet diskussa mal-istudenti tas-seba’ u t-tmien sena. Wara, Mons…

  • Kompli aqra »

Live: Servizz Ekumeniku Djoċesan fl-Isla

  • Il‑Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, l‑Isla. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-Servizz Ekumeniku Djoċesan. Kulħadd hu mistieden jattendi. 

    Bejn illum il‑Ħamis, 18 ta’ Jannar u l- 25 ta’ Jannar 2018, qed tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil‑qawwa” (Eż 15:6)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

  • San Mark 3:13-19 

    F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

    Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jżewweġ koppja fuq ajruplan waqt titjira fiċ-Ċilì

  • Pope Francis performed on Thursday the first-ever papal marriage ceremony aboard the plane bound for Iquique, the final day of his Apostolic Visit to Chile.

    The newly-weds – Paula Podest Ruiz and Carlos Ciuffardi Elorriaga – were already married civilly and had intended on being married in a Catholic Church but their church was destroyed in an earthquake in 2010…

  • Kompli aqra »

Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

  • Fil-Kurja tal-Arċisqof se tittella’ wirja żgħira ta’ diversi oġġetti reliġjużi, miġjuba mill-Iraq u li nstabu fi knejjes li ġew ipprofanati, tkissru u nħarqu mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku.

    Fost dawn l-oġġetti hemm slaleb u statwi mkissrin, sfreġju fir-relikwarju u kif ukoll kalċi mtaqqab mill-balal. L-oġġetti nstabu fi knejjes f’Teleskuf u Qaraqosh u qed żuru l-24 pajjiż fejn l-Aid to the Church in Need għandha l-uffiċċji tagħha…

  • Kompli aqra »

L-ewwel inawgurazzjoni tas-Sena Ġudizzjali tat-Tribunali Ekkleżjastiċi tal-Provinċja Maltija

  • It‑Tribunali tal‑Knisja tal‑Provinċja Ekkleżjastika Maltija laqgħu bil‑qalb l‑istedina tal‑Papa Franġisku sabiex ikunu dejjem iktar miftuħa għal dawk il‑membri tal‑Knisja li jixtiequ jdawlu l‑kuxjenza tagħhom imma spiss jinżammu lura mill‑istrutturi ġudizzjali tal‑Knisja minħabba bogħod fiżiku jew morali. Għal dan il‑għan, it‑Tribunali ta’ Malta u Għawdex jixtiequ jfakkru li l‑imħabba u l‑ħniena jitolbu li l‑Knisja — bħala omm twajba — trid tkun qrib dawk uliedha li jħossuhom imbegħdin minnha…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-akkademiċi Ċileni biex jippromwovu l-koeżistenza nazzjonali

  • Photo: Pope Francis speaks next to Pontifical Catholic University of Chile rector Igancio Sanchez Diaz
  • Pope Francis has urged Chile’s intellectuals and academics to sensitize the nation as to the importance of showing special care and respect for indigenous communities and their cultural traditions.

    Addressing over 1,000 top Chilean academics at the Pontifical Catholic University of Chile in Santiago, Pope Francis underscored the responsibility of educators in creating the conditions for peaceful coexistence in the country…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

  • San Mark 3:7-12 

    F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

    Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh…

  • Kompli aqra »

Hostiles

  • ***

    Direttur:          Scott Cooper

    Atturi:              Christian Bale, Rosamund Pike, Wes Studi, Ben Foster, Rory Cochrane, Stephen Lang, Timothèe Chalamet u Jesse Plemons

    Ħin tal-Film:    135 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Fis-sena 1892, il-qagħda fin-New Mexico fl-Amerika, xejn ma kienet feliċi bejn l-indiġeni magħrufa bħala Comanches u Apaches u l-kolonizzaturi l-ġodda…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jwissi lill-Isqfijiet Ċileni kontra t-tentazzjoni tal-klerikaliżmu

  • Pope Francis meets with the bishops of Chile in Santiago’s Cathedral. The group of some 50 bishops from across the nation was headed by Archbishop Santiago Silva Retamales, President of the Chilean Bishops’ Conference.

    Pope Francis has urged bishops in Chile to be on guard against the temptation of Clericalism.

    Meeting his brother bishops in the Sacresty of Santiago Cathedral, the Pope recalled the ad limina visit in the Vatican about a year ago and said he wished to reiterate some of the points made during that meeting in Rome…

  • Kompli aqra »