Arkivji mensili: Frar 2018

It-tfittxija għall-ġustizzja soċjali fis-soċjetà tagħna bħala pass integrali fil-mixja lejn il-Paċi

Document mill-Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi flimkien mal‑Kummissjoni Emigranti fil-Jum Dinji għall-Ġustizzja u Paċi 2018

  • Sommarju
  • Il‑bniedem, mhux l‑‘alla tal‑flus’, għandu jkun fiċ‑ċentru tas‑sistemi soċjali u ekonomiċi, jekk irridu li ssaltan il‑ġustizzja soċjali.

    Dan hu l‑messaġġ ewlieni tad‑dokument ippubblikat mill‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi u l‑Kummissjoni Emigranti tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li jfakkar il‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali, llum it‑Tlieta, 20 ta’ Frar. Illum mistednin niftakru li l‑faqar hu reali u li hemm wħud minnha li qed jitqabdu biex jgħixu, u li aħna msejħin nieħdu azzjoni konkreta biex jinqered il‑faqar f’kull forma tiegħu, għax kif qal il‑Papa Franġisku fl‑Anġelus t’Ottubru li għadda: “Il‑faqar mhuwiex sfortuna inevitabbli: il‑kawżi tiegħu jridu jiġu identifikati u jitneħħew.”

    Bħalma t‑tema magħżula mill‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali 2018 tiffoka fuq il‑migrazzjoni, id‑dokument jirrifletti dwar kif nagħmlu l‑liġijiet u l‑policies ta’ Malta dwar il‑migrazzjoni u l‑ażil aktar ġusti, billi niffukaw fuq in‑nies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

  • San Mattew 6:7-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

    Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

  • Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Frar 2018, l-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawlu Cremona, mexxa ċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali ta’ Ħadd in-Nies, b’pellegrinaġġ bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja u Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.

    It-tradizzjoni ta’ dan il-pellegrinaġġ penitenzjal tmur lura snin qabel l-Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta fl-1530. Meta wara l-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann beda jiġi ċċelebrat il-Karnival, ħafna pellegrini kienu ħaduha drawwa jżuru s-Santwarju tal-Madonna f’Ras ir-Randan, bħala tpattija ta’ atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

  • San Mattew 25:31-46 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

    Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Frar

  • L-Ewwel Ħadd tar-Randan

    San Mark 1:12-15 

    F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

    Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”…

  • Kompli aqra »

“Komunità magħquda u b’qalb kbira” – Il-Vigarju Ġenerali lill-Parroċċa tal-Qrendi

Quddiesa fl-okkażjoni tal-400 anniversarju tal-Parroċċa ta' Santa Marija, il-Qrendi

  • Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
  • Knisja Parrokkjali, il-Qrendi
    16 ta’ Frar 2018

    Hi okkażjoni tassew ta’ ferħ li l-Parroċċa tal-Qrendi qed tiċċelebra l-400 sena mit-twaqqif tagħha u l-Parroċċa taż-Żurrieq 400 sena matriċi.

    Illum ngħidu grazzi lil Alla għal dawk kollha li ħadmu tul is-snin biex hawnhekk, il-Qrendi, tinbena u tissaħħaħ il-komunità Nisranija…

  • Kompli aqra »

Jum ta’ sawm u talb għall-paċi fid-dinja

  • Nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018, il-Papa Franġisku għamel stedina għal ‘Jum ta’ talb u sawm għall-paċi’ fit-23 ta’ Frar 2018. Il-Papa qal hekk waqt l-Anġelus:

    “Quddiem is-sitwazzjoni traġika ta’ kunflitti li għadhom għaddejjin f’diversi nħawi tad-dinja, nistieden lill-fidili kollha għal ‘Jum ta’ talb u sawm għall-paċi’ fit-23 ta’ Frar li ġej, il-Ġimgħa tal-ewwel ġimgħa tar-Randan.  Noffruha b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet tar-Republika Demokratika tal-Congo u tas-Sudan ta’ Isfel.  L-istess bħal f’okkażjoniet simili, nistieden ukoll lill-aħwa mhux Kattoliċi u mhux Insara biex jingħaqdu ma’ din l-inizjattiva bil-mod li jidhrilhom l-aħjar, imma lkoll flimkien…

  • Kompli aqra »

Il-Kolossew ta’ Ruma se jinxegħel aħmar b’solidarjetà mal-Insara ppersegwitati

  • Red lights will represent the bloodshed due to religious persecution in an effort to raise awareness.
  • In an effort to draw attention to the plight of persecuted Christians around the world, Rome’s Colosseum will be bathed in red light on the evening February 24.

    The event, sponsored by Aid to the Church in Need (ACN), will be held in conjunction with several churches in Syria and Iraq, according to a report by Catholic News Agency

  • Kompli aqra »